Approvat il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-ground handling tal-AirMalta

  • Diċ 07, 2017 09:15
  • Miktub minn Charlo Lautier

     

    Approvat il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-ground handling tal-AirMalta... Dan wara li 98% tal-ħaddiema rrappreżentati mill-GWU vvutaw favur il-ftehim

    “Sodisfatti immens wara ħidma u diskussjonijiet bejn il-Gvern bħala share holder, il-kumpanija AirMalta u l-General Workers Union (GWU) biex jiġi rivedut il-ftehim kollettiv li kien ilu snin skadut.” Saħaq dan is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja f’kummenti lil inewsmalta tard ilbieraħ filgħaxija wara li 98% tal-ħaddiema tal-Ground Handling Services Operations, tal-Ground Equipment Maintenece Section u tal-Cargo Operations irrapreżentati mill-union, ivvutaw favur il-ftehim. 

    Dan seħħ f’ġurnata tista’ tgħid li kienet posittiva’ mmens għall-kumpanija AirMalta wara li aktar kmieni kien issiġillat it-tieni ftehim kollettiv minn ħamsa għall-ħaddiema tal-Cabin Crew tal-AirMalta. Dan il-fatt żgur li se jwitti t-triq biex fi ftit jiem oħra jkun iffirmat it-tielet ftehim kollettiv minn ħamsa.  

    Is-Sur Bugeja min-naħa tiegħu spjega li b’dan il-ftehim kollettiv se jkun hemm titjib ta’ benefiċċji u li se jiggarantixxi wkoll it-take home pay tal-ħaddiema. Sostna li seta’ jsir dan wara numru ta’ xhur diskussjonijiet intensivi bejn il-partijiet imsemmija. Semma li issa jistenna li dan il-ftehim kollettiv jiġi ffirmat fil-jiem li ġejjin. 

    Is-Segretarju Ġenerali Bugeja ħabbar ukoll li dawn il-ħaddiema se jiġu trasferiti f’kumpanija ġdida li se titwaqqaf is-sena d-dieħla bl-isem ta’ AirMalta Aviation Services. Qal li fil-jiem li ġejjin se jkomplu jaħdmu biex barra l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, jiġi ffirmat ftehim kollettiv ieħor, dak li jkopri l-ħaddiema li mhux se jmorru fil-kumpanija l-ġdida, iżda li se jibqgħu mal-istess kumpanija AirMalta.

    Barra l-parteċipazzjoni tas-Sur Bugeja nniffsu f’dawn id-diskussjonijiet, ħadu sehem ukoll id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri, s-Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-GWU Sandro Vella, l-Assistent Segretarju Kevin Abela u diversi shop stewards min-naħa tal-union.

    Is-Segretarju Ġenerali temm billi rringrazzja speċjalment lit-tim ta’ negozjar għan-naħa tal-kumpanija mmexxija mill-President Emeritus George Abela kif ukoll lill-Ministru Konrad Mizzi li fejn weħlu d-diskussjonijiet, dan intalab jagħmale l-intervent tiegħu. Irringrazzja wkoll lill-membri kollha tal-GWU tal-fiduċja assoluta li taw minn qalbhom lill-akbar union tal-ħaddiema f’pajjiżna.

    Sadanittant il-Ministru Mizzi, fi tweet irringrazzja lill-GWU u lil dawk kollha li kienu nvoluti fin-negozjar tal-ftehim speċjalment lil George Abela li mexxa tim ta’ negozjar għall-kumpanija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook