L-eks-Avukat Patrick Spiteri jkollu żewġ talbiet għall-ħelsien mill-arrest miċħuda

  • Diċ 06, 2017 15:57
  • Miktub minn iNews

    L-eks-Avukat Patrick Spiteri kellu żewġ talbiet biex jingħata l-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera.

    Patrick Spiteri kien estradit lejn Malta mir-Renju Unit biex iwieġeb għal diversi akkużi ta’ frodi u miżapproprjazzjoni li jlaħħqu s-€7.4 miljun b’diversi każi pendenti quddiem numru ta’ Maġistrati.

    Hu wasal Malta f’Mejju li għadda u minkejja diversi tentattivi biex jingħata l-ħelsien mill-arrest, kien għadu qed jinżamm il-Ħabs. Spiteri ressaq numru ta’ rikorsi biex jingħata l-ħelsien mill-arrest, ewlenin fosthom minħabba raġunijiet ta’ saħħa. 

    Id-Difiża argumentat li meta Spiteri nġiebu lura f’Malta permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, dan ifisser li għandu jkun fl-istat li kien qabel telaq mill-pajjiż. Il-Qrati ċaħdu l-argument tad-Difiża li Spiteri nġieb lura permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew biex ikomplu l-proċeduri fil-każ kontrih u li l-mandat ma jkoprix il-prosekuzzjoni kontra Spiteri iżda sempliċiment ir-ritorn tiegħu lejn Malta.

    Il-Maġistrat Scerri Herrera, f’digriet li tat, qalet li l-mandat ta’ arrest kif fil-fatt ikopri l-Prosekuzzjoni kontra Spiteri, u semmiet kif mandat jinħareġ “għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali jew eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.”

    L-Ispetturi Ian Abdila u Helga Debono qed imexxu l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Stefano Filletti qed jidher għal Spiteri. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook