Ħabs għal Libjan li jispeċjalizza f'serq minn karozzi

  • Diċ 06, 2017 15:15
  • Miktub minn iNews

    Libjan li jispeċjalizza f’serq mill-karozzi kien ikkundannat 18-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq nuċċali tax-xemx tal-għamla “polar” minn ġewwa karozza li kienet ipparkjata fil-Belt Valletta u pprova jisraq minn karozza oħra. 

    Il-każ kien seħħ nhar is-6 ta’ Novembru li għadda fi Triq Ġilormu Cassar, il-Belt, ftit taż-żmien wara li Kaled Mukthar Ben Gamhur, li għandu 39 sena, skonta sentenza ta’ tmien xhur ħabs fuq reati simili.

    Kaled wieġeb li huwa ħati wkoll li kkawża ħsara fuq żewġ karozzi għad-detriment ta’ John Galea u Nicholas Schembri kif ukoll li sar reċediv.

    Dwar il-piena, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, ikkunsidrat in-natura tar-reati, il-fedina penali ta’ Gamhur u l-fatt li huwa ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri. 

    Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti sabitu ħati tal-imputazzjonijiet miġjuba kontra tiegħu u kkundannatu 18-il xahar priġunerija. Ordnatlu wkoll biex iħallas lil Galea u lil Schembri s-somma ta’ €42 kull wieħed.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Doreen Clarke. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook