Ġlieda bil-fliexken twassal lil Somalu l-Qorti … Wara li ħareġ mill-ħabs tliet ġimgħat ilu

  • Diċ 06, 2017 14:17
  • Miktub minn iNews

    Mohammed Hasan Abdullahi, Somalu ta’ 21 sena baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli li kkawża ġrieħi gravi fuq raġel ieħor meta kisser flixkun tal-ħġieġ u allegatament attakkah bih. 

    Il-ġlieda seħħet nhar is-Sibt li għadda għall-ħabta tat-3.15 a.m. fuq bus stop fi Triq Ross, San Ġiljan. Il-Pulizija marret fuq il-post wara li rċeviet rapport dwar l-imsemmija ġlieda fejn sabu liż-żewġt’irġiel miksijin bid-demm.

    Xhieda fuq il-post stqarrew mal-Pulizija li waqt il-ġlieda kienu rawhom jagħtu bil-fliexken tal-ħġieġ. It-tnejn li huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, bl-imputat jiġi operat u kien rilaxxat nhar it-Tlieta li għadda.

    Mohammed Hasan, li jaħdem fil-ġbir tal-iskart, tressaq fil-Qorti fejn ġie mixli li kkaġuna ġrieħi gravi fuq Abdi Gure Yusuf. Huwa daħal fl-awla b’idejh ix-xellugija nfaxxata u marbuta fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih, bid-Difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

    Il-Prosekuzzjoni opponiet għal din it-talba minħabba l-gravità tar-reat, biża’ ta’ intralċ ta’ provi u l-fatt li l-imputat qed jgħix f’pajjiżna mingħajr permess. Spjegat kif l-imputat kien indika li jgħix f’residenza ġewwa l-Imsida flimkien ma’ sieħbu, iżda meta l-Pulizija marru fuq il-post irriżulta li dan ma kienx minnu. Ingħad ukoll li l-imputat kien għadu kif ħareġ mill-ħabs tliet ġimgħat ilu u bħalissa huwa residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. 

    Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, qalet li fid-dawl tal-fatt li ma jidhirx li l-imputat għandu rabtiet effettivi ma’ dawn il-gżejjer, il-karattru refrattarju tiegħu li ma joffrix affidibilità kif ukoll il-possibilità ta’ intralċ ta’ provi, qed tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest. B’hekk huwa baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Matthew Spagnol filwaqt li l-Avukat tal-għajnuna legali Leontine Calleja deher għall-imputat. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook