Iffirmat ftehim kollettiv bejn l-Airmalta u l-Unjin tal-Cabin Crew … L-ekwipaġġ se jonqsu minn 5 għal 4, iżda b'20% żieda fil-pagi f'5 snin

  • Diċ 06, 2017 13:49
  • Miktub minn iNews

    Ftit tal-ħin ilu għadu kemm ġie ffirmat il-ftehim kollettiv bejn l-Airmalta u l-Unjin tal-Cain Crew. Dan huwa t-tieni wieħed wara dak iffirmat bejn il-kumpanija u l-inġieneri. Issa jonqos tliet ftehim oħrajn, tnejn mal-GWU dwar il-ħaddiema tal-ground handling u l-ieħor dwar il-ħaddiema li jaħdmu fl-uffiċċju, u dak mal-piloti.

    Din il-ġimgħa l-iffokar se jkun fuq it-tkomplika tan-negozjar mal-GWU, filwaqt li fil-ġimgħa ta’ wara se tingħata spinta mal-piloti.

    Fir-rigward tal-ftehim, il-cabin crew aċċetta li l-ekwipaġġ abbord kull titjira se jonsu minn ħamsa għal erbgħa, però min-naħa l-oħra l-kumpanija se tagħti żidiet li fuq medda ta’ ħames snin se jkunu ta’ 20% u li jkunu ekwivalenti għal dan it-tnaqqis ta’ membri tal-ekwipaġġ.

    Dan il-ftehim kollettiv kien iffirmat miċ-Ċermen tal-Airmalta Charles Mangion, u kif ukoll minn Noel Mercieca l-President tal-Unjin Cabin Crew.

    Il-mira tal-kumpanija hija li fuq perjodu ta’ ħames snin tilħaq il-€100 miljun ‘turnover’ anke biex tkun tista’ tpatti għas-16-il miljun ewro żieda li mistennijin iġibu dawn il-ftehim kollettiv.

    Preżenti kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u l-President Emeritus George Abela li mexxa n-negozjati bejn il-kumpanija u l-unjins li jirrappreżentaw lill-ħaddiema.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook