Il-PL impenjat kontra l-vjolenza domestika

  • Diċ 06, 2017 11:14
  • Miktub minn iNews

    Il-Partit Laburista huwa mpenjat fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika u filwaqt li jagħraf il-ħtiġijiet kollha tal-vittmi jinkoraġixxi kull għajnuna meħtieġa għall-agressur.

    Dan kien wieħed mill-messaġġi li ħarġu waqt żjara li delegazzjoni mill-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, immexxija mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, għamlet fl-Għabex, post li jilqa’ fih vittmi ta' vjolenza domestika. Id-delegazzjoni kienet magħmula wkoll mis-Segretarju tal-Eżekuttiv, Lydia Abela, flimkien ma’ rappreżentanza minn Nisa Laburisti.

    Il-Partit Laburista huwa l-uniku partit f'Malta li uffiċjalment qed jieħu sehem fis-16-il jum ta’ attiviżmu organizzati mill-kummissjoni kontra l-vjolenza domestika f'pajjiżna. Dan hekk kif madwar id-dinja bħalissa għaddejjin numru kbir ta' attivitajiet. 

    Id-Deputat Prim Ministru Fearne tkellem dwar il-liġi ġdida li qed tkun diskussa fil-parlament. Liġi maħsuba biex toffri iktar għajnuna lill-vittmi fejn l-emfasi hi li l-agressur joħroġ mid-dar u mhux il-vittma.

    Is-Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali, Lydia Abela, faħħret il-fatt li l-liġi se twassal biex tkun tista’ tkompli l-investigazzjoni anke jekk mara tkun trid tirtira l-każ.

    Josianne Cutajar qalet li filwaqt li Nisa Laburisti tirrikonoxxi li se jkun hemm aktar drittijiet wieħed irid iħares ukoll lejn kif se jkomplu jitjiebu s-servizzi u l-istrutturi. Żiedet li ghandu jkun hemm analiżi fuq is-sitwazzjoni partikolari f’Għawdex.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, Alfred Grixti, qal li l-Fondazzjoni tilqa’ żjarat bħal dawn minn kull entita politika biex ikompli jikber l-għarfien dwar il-pjaga tal-vjolenza domestika.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook