“Il-bidu ta' triq biex isseħħ ġustizzja”

  • Diċ 06, 2017 08:28
  • Miktub minn iNews

    Filwaqt li nnota b’sodisfazzjon l-aħħar żviluppi fil-konfront tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin saħaq li riżultat tal-arrest u l-interrogazzjonijiet li saru, għall-IĠM dan huwa mument li jimmarka l-bidu ta’ triq biex isseħħ ġustizzja u fejn qed jintbagħat messaġġ qawwi ta’ difiża favur il-libertà tal-istampa.

    Fl-istess waqt l-IĠM wera l-apprezzament għall-ħidma li saret f’dawn l-aħħar seba’ ġimgħat mill-awtoritajiet konċernati Maltin, partikolarment mill-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta, u s-Servizzi tas-Sigurtà bl-appoġġ ta’ esperti barranin li wasslu għal dawn l-aħħar żviluppi.

    L-IĠM appellat ukoll lill-Gvern biex jikkunsidra pieni eħrex fil-konfront ta’ min jnstab ħati ta’ xi delitt, attakk, theddid u/jew intimidazzjoni fil-konfront tal-ġurnalisti. Dan filwaqt li appellatlu wkoll biex minnufih jibdew diskussjonijiet li jwasslu biex f’każi bħal dawn tingħata l-protezzjoni xierqa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook