“Toħolqux inġustizzja ġdida bejn min jiflaħ u min ma jiflaħx”

  • Diċ 02, 2017 17:25
  • Miktub minn iNews

    “Toħolqux inġustizzja ġdida fil-liġi li se tiddaħħal biex prodotti mediċinali mill-kannabis li m'humiex ta natural mhux narkotika jibdew jintużaw minn pażjenti b’ċerti kundizzjonijiet f’Malta.  M’għandhiex issir distinzjoni bejn min jiflaħ jixtri ċerti mediċina mill-kannabis u min ma jiflaħx. Qed ngħid dan għax kollox qed jindika li l-liġi li se tiddaħħal se tippermetti biss li tinġab mediċina tal-kannabis li hi dikjarata bħala GMP (Good manufacture Practice).  Issa hawn min f’Malta qed iġib żejt tal-kannabis tat-tip Canabidol (CBD), li l-prezz tiegħu hu ferm irħas minn żejt simili li hu GMP.  Id-differenza fil-prezz hi ta’ aktar minn 10 darbiet. 

    CBD li mhux dikjarat bħala GMP f’Malta qed jinġab b’inqas minn €200 fis-sena u hu pruvat li hu tajjeb waqt li dak dikjarat bħala GMP l-għola wieħed għal istess doża għal sena sħiħa jiswa kważi €3,000 u l-orħos kważi €1,000. U biex jkollok aċċess għalih trid il-barka tal-awtoritàjiet tas-saħħa. Minn dak li qed nisimgħu, jidher li l-liġi se tkun qed tħalli jidħol dak li hu dikjarat bħala GMP. Din se toħloq inġustizzja kbira. Bejn min jiflaħ u min ma jiflaħx. Aħna issa li diġa qed nużaw dan iż-żejt, x’se nagħmlu?  Se nispiċċaw nibdew nonfqu għaxar darbiet aktar?  Żgur li min hu pensjonant ma jiflaħx spiża ta’ bejn €1000 u €3,000 f’sena fuq dan iż-żejt”.

    Dan sostnieh magħna Karistu Abela, persuna li ilu għal dawn l-aħħar xhur juża ż-żejt CBD għal kundizzjoni li ħakmitu.  Biż-żejt saħħtu irkuprat ħafna, tant li llum naqqas diversi mediċini.  Karistu u persuni li għandhom preskrizzjoni biex iġibu żejt CBD minn barra, qegħdin jilmentaw mill-fatt li ġie kkonfermat magħhom li l-liġi li se tiddaħħal se tħalli biss li tidħol mediċini mill-kannabis li tkun dikjarata bħala ‘good manufacture practice’.  Dan tirrigwarda l-proċess li bih inħadmet il-mediċina u mhux jekk hix effettiva.

    Tkellimna għal ħin twil ma’ Karistu Abela. Hu qalilna li “llum hu ppruvat li ż-żejt CBD jista’ jintuża għal diversi kundizzjonijiet. Fost dawn hemm l-acne, ADHD, Aids, ALS, Alzheimer, Anorexia, ansjetà, arterosclerosis, artrite, ażma, awtiżmu, problemi ta’ diġestjoni, diabete, problemi tal-intern, epilessija, fibromalagia, glaucoma,  Huntington Disease, problema tal-qalb, infezzjonijiet, problemi tal-kliewi, problemi fil-fwied, metaboliżmu, migranja, burdati, multiples sclerosis, nausea, diġenerazzjoni tan-nervituri, mad cow, rewmatiżmu, skiżofrenija, enemija, kundizzjonijiet tal-ġilda, problemi fl-irqad, stress, attakk tal-qalb, u COPD fost oħrajn. Dan if is ser li aktar minn 250,000 persuna tista' tibbenefika b'mod jew iehor minn din is-sutanza li l-kumpaniji l-kbar tal farmacija qed jahdmu bla gheda biex jikkontrollaw.

    Karistu Abela jgħidilna li “ma nistax nifhem kif l-awtoritajiet jidher li se jkunu qed jaċċettaw biss li jidħlu prodotti li jkunu ‘good manufactured products’. Jien dawn iċċekkjajt dwarhom. L-irħas wieħed jiswa madwar €900 u jservik għal sena. Imma fuq dan hemm ħafna testimonjanzi li jgħidulek li mhux b’saħħtu biżżejjed. Jagħmel sens li tixtrieh jekk mhux daqstant effettiv. Dawk li huma effettivi l-prezz tagħhom jitla’ għal €2,800. Bħal issa bi preskrizzjoni ta' wiehed minn erba’ speċjalisti tista’ ġġib żejt CBD tal-kannabis, li mhux dikjarat bħala ‘good manufactured product’. Dan f’sena jien jiswieni €200. Mort tajjeb ħafna bih u rkuprajt saħħti. Allura jien se nispiċċa dan ma nkunx nista’ indaħħlu f’Malta b’din il-liġi ġdida? Hu tajjeb li issa l-preskrizzjoni se tibda ssir mit-tobba kollha, imma inutli tagħmilli preskrizzjoni jekk m’għandhiex mezzi biżżejjed biex nixtrieh.”

    Jgħidilna li “fuq kollox iż-żejt CBD li ma fihx sustanzi li jagħmluk high fi kliem iehor ma fih ebda sustanza narkotika, f’pajjiżi barranin bħar-Renju Unit, l-italja, Spanju, Franza u Germanja fost l ohrajn issib tixtrieħ minn fuq l-ixkafef tal "health shops" tas-supermarkets. Taqbad u tixtri qisek qed tixtri prodott ieħor tal-ikel normali. Għaliex hawn mhux qed nagħmlu l-istess?  Għaliex din id-diffikultà biex dawn il-prodotti indaħħluhom. Dan meta imbagħad fis-suq hawn il-Hemp Seed Oil, hawn ħwienet ibiegħu iż-żerriegħ tal-qannep (kannabis) għall-ikel u hawn prodotti ta’ ingwent li huma mill-kannabis”,

    Karistu jgħidilna li “l-appell tiegħi lill-awtoritajiet hu biex fejn hemm żejt CBD ma jsirux dawn it-tip ta’ restrizzjonijiet. Fejn jidħol żejt li fih it-THC, li huwa sustanzi psikoattivi, hi ħaġa differenti", biss xorta ma jagħmilx sens li timponi liema ditta  il-konsumatur jixtri. Xi ħaġa li ma nistax ninsa hu żgur li aħna parti mill-Ewropa u l-liġijiet tal-Ewropa japplikaw għalija ukoll infatti fil-lista uffiċjali ta’ sustanzi narkotiċi u għaldaqstant ma huwiex ikkunsidrat bħala sustanza li għandha tiġi kontrollata taħt il liġi tal-Unjoni Ewropea.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0