F'Dar Merħba Bik: 21 persuna inkluż tarbija ta' tliet ġimgħat

  • Mar 19, 2013 12:32
  • Miktub minn

    Dar Merħba Bik bħalissa qed tagħti kenn lil 13-il mara u tmint itfal fosthom tarbija ta' tliet ġimgħat. Din id-dar infetħet mis-sorijiet tal-Bon Pastur fl-1980 biex tagħti għajnuna mmedjata lil nisa vittmi ta' vjolenza domestika.

    Illum fl-okkażżjoni tal-Corporate Social Responsability Day, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli żaret din id-dar fejn grupp ta' volontiera mill-HSBC Malta Foundation kienu qegħdin jagħmlu xogħol ta' tindif f'din id-dar.

    Il-Ministru Dalli ddeskriviet il-vjolenza domestika bħala problema li għal żmien twil kienet moħbija u qalet li għalkemm hemm liġi kontra l-vjolenza domestika, il-kultura u n-natura umana huma diffiċli li wieħed jelibhom.

    Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll l-Aġent President Dolores Cristina li qalet li qatt m'hemm ġustifikazzjoni għall-vjolenza domestika. Hi żiedet tgħid li l-aħjar mod kif tegħleb il-problemi hija l-kommunikazzjoni.

    Matul is-sena li għaddiet (2012), kien hemm 90 mara li ngħataw xelter fid-dar u matul l-aħħar ħames snin kien hemm medja ta' mitt mara kull sena.

    Ritratti u Filmat: Charles Marsh

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Mar 19, 2013

    Proset , Hon Helena Dalli, ibqa sejra hekk , ibqa zur dawn il postijiet , fejn ghandhom bzonn ta hafna ghajnuna . keep it up , Malta Taghna il-Koll

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 19, 2013

    Well said words Dr.Helena...your moral support was indeed appreciated by those present.

    Irrispondi