Inġustizzji!

  • Mar 19, 2013 10:28
  • Miktub minn

    Tul il-kampanja elettorali l-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq għal iktar minn darba li gvern ġdid irid isewwi l-inġustizzji mingħajr ma joħloq oħrajn ġodda. Naqblu miegħu perfettament. Mhux biss għaliex bħalu nemmnu li pajjiżna jrid jimxi ‘l quddiem fl-għaqda, taħt l-għajta ta’ Malta Tagħna Lkoll. Iżda wkoll għax l-inġustizzji li jridu jispiċċaw imorru lil hinn minn kwistjonijiet politiċi.

    Jeżistu ħafna inġustizzji li kull ma jkunu jridu hu deċiżjoni politika jew amministrattiva li permezz tagħha ċ-ċittadini jieħdu dak li ħaqqhom.

    Illum insemmu każ wieħed biss li għandu bżonn soluzzjoni. Nifhmu li dawn mhux affarijiet li jsiru mil-lum għal għada, għax il-gvern irid isib saqajh. Peró se nkunu qegħdin insusu biex jissolva kemm jista’ jkun malajr. Kemm jista’ jkun malajr, għaliex kull jum li jgħaddi huwa jum mitluf għal din il-familja li għandha wild. Qegħdin nirreferu għal każ tal-familja Buckland li issa jmur lura iktar minn għaxar snin.

    Fis-sebgħa ta’ Ġunju tal-2002, il-‘maisonette’ tal-familja Buckland triegħed kawża ta’ splużjoni li nħolqot minn manifattura tal-logħob tan-nar illegali fil-garaxx ta’ taħthom. F’Diċembru 2006 il-qorti kienet iddeċidiet li ċertu Edgar Grima, il-persuna responsabbli ta’ dan l-inċident, kellu jħallas kumpens lill-familja Buckland. Dan minbarra li weħel sentejn ħabs sospiżi.

    Illum iktar minn għaxar snin wara dik li setgħet kienet traġedja kbira u sitt snin wara d-deċiżjoni tal-Qorti, il-familja Buckland ma ħaditx ċenteżmu wieħed f’kumpens. Anke jekk kawża tal-ħsarat estensivi li ġarrab il-‘maisonette’ tagħhom kellhom joħorġu barra minn darhom.

    Din ir-realtà żviluppat minħabba diversi toqob fil-liġi… bħal meta Grima tħalla jneħħi minn fuq ismu garaxx suppost maqbud b’subbasta. Dan biex wara argumenta li ma kellux minn fejn iħallas.

    Saħansitra l-familja ntalbet tħallas spejjeż ta’ kawża li rebħet peress li Grima ma kellux minn fejn. Lanqas il-burokrazija ma għenithom għax lill-familja Buckland qalulha li ma tistax tibbenefika mill-fond għall-vittmi tal-kriminalità mniedi fl-2006. Ir-raġuni li tawha kien li l-inċident ġara qabel il-liġi daħlet fis-seħħ. Iżda, minn stħarriġ ta’ inewsmalta.com irriżulta li kien hemm każi fejn dan seħħ. Fosthom f’każi magħrufa fejn il-benefiċarji kienu persuni qrib il-gvern preċedenti.

    Meta xhur ilu intervistajna lill-familja Buckland kienet ħasditna d-dikjarazzjoni ta’ Sabrina Buckland li qalet li huma ma jħossuhomx Maltin għaliex isibuha diffiċli jaraw lill-poplu anke jgħin lill-barranin u huma baqgħu jkunu injorati għal sena wara sena.

    Nemmnu li gvern ġdid għandu jaġixxi kemm jista’ jkun malajr biex Malta tkun ta’ din il-famija ukoll. Bħal dawn il-każi hemm bosta oħrajn u huwa dmir tagħna li ma nieqfux nagħmlu pressjoni dwarhom qabel naraw li ssir ġustizzja. Dan nagħmluh ikun hemm min ikun hemm fit-tmexxija tal-pajjiż.

    Hawn taħt tista' ssegwi intervista mal-Familja Buckland f'Lulju 2012.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 7

  •  
    anonimu
    Mar 19, 2013

    Ara x'tip ta' Gvern kellna. Imma Gonzi u shabu hadu dawk il-flus kollha minn wara dahar

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 19, 2013

    Importanti li l-ingustizzji jigu rrangati minghajr dewmien.Naf min 15 il sena ilu tilef in negozju tieghu u

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 19, 2013

    Why all this cruelty , IS ZAQ IL MIMLIJA TIGI TITNEJJEK MIL VOJTA.Malta was governed by a bunch of WORTHLESS CLOWNS.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 19, 2013

    Naqbel perfettament li dawk li sofrew min xi forma ta’ ingustizzja jinghatalhom spazzju sabiex iwasslu lehinhom quddiem x

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 19, 2013

    U dak li Joseph Muscat stiednu biex imur mieghu jara l Papa l-gdid ma messitux qalbu ghal din il-familja???? Ara kieku kien xi wiehed tal qalba kien johrog ghonqu ghalieh bhal ma ghamel ma min kien irresponsabbli u arroganti mal poplu!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 19, 2013

    jien inhoss li ghanda ssir gustizzj

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 20, 2013

    Just when I thought I heard it all

    Irrispondi
  •  

Facebook