“Tibżgħux mit-tjubija” - Papa Franġisku

  • Mar 19, 2013 10:18
  • Miktub minn
"

    Fl-omelija, waqt l-inawgurazzjoni tiegħu bħala Papa, il-Papa Franġisku qal li m'għandniex nibżgħu mit-tjubija u lanqas mis-sensittività. Hekk kif bdiet iċ-ċerimonja tal-investitura l-Papa ngħata ċ-ċurkett ta' San Pietru. Kien wara l-qari mill-iskritura mqaddsa li l-Papa għamel l-omelija tiegħu.

    Waqt l-omelija l-Papa fakkar ukoll lill-Papa preċedenti, Papa Ratzinger u ndirizza wkoll lill-mexxejja tad-dinja fejn qalilhom biex iħarsu “lill-ħolqien u lill-bniedem.”

    “Jekk jogħġobkom,” qal lill-Kapijiet tal-Istati l-Papa, “dawk li għandhom rwoli ta' responsabbiltà fil-qasam ekonomiku, politiku jew soċjali, u għall-bnedmin kollha li għandhom rieda tajba, ħarsu l-kreazjoni fi xbieha ta' Alla li hu miktub fin-natura,” żied il-Papa.

    Huwa tkellem ukoll fuq il-festa ta' San Ġużepp li qed niċċelebraw illum. Huwa qal li bħalu se jiftaħ idejh għall-umanità kollha u fakkar li l-ġudizzju finali huwa fuq il-karità, “min għandu l-ġuħ, l-għatx, huwa barrani, għarwien, ma jiflaħx, qiegħed il-ħabs. Dawk biss li jservu b'imħabba jafu japprezzaw,” kompla Papa Franġisku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0