Jakkuża MEPs tal-PN bi ħsara lil Malta

  • Nov 15, 2017 10:31
  • Miktub minn iNews
"

    Il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari kien iddominat minn mistoqsijiet, tweġibiet kif ukoll botti u risposti dwar id-diskussjoni fil-Parlament Ewropew fuq Malta u r-'rule of law'.

    Kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici jekk segwix is-seduta.

    Bonnici wieġbu li segwih kollu u esprima kif  ħassu dispjaċut jara Maltin bħalu jagħmlu ħsara lil pajjiżna.

    Delia staqsih dwar x'jidhirlu mir-riżoluzzjoni li ressqu s-Soċjalisti Ewropej b'Bonnici jwieġeb li fl-UE hemm diversi istituzzjonijiet u fosthom hemm il-Kunsill tal-Ministri li faħħar l-impenn ta' pajjiżna biex jinstab min qatel lil Daphne Caruana Galizia u l-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans li wkoll fehem kif il-Gvern irid li ssir ġustizzja.

    Bonnici nsista li ma jaqbilx li hemm MEPs Maltin li li qed jingħaqdu ma' membri parlamentari Ewropej li l-interess tagħhom huwa li jattakkaw dak li ħloqna flimkien matul is-snin bħas-servizzi finanzjarji biex ikissruh.

    Il-Ministru għall-Ġustizzja reġa' saħaq li Malta mhix 'tax haven' u ma tistax tkun la hija membru fl-UE waqt li għamilha ċara li lanqas jippretendi lil dawn l-MEPs biex jgħidu gidba bħal din. Huwa akkużahom ukoll li iddefendew l-Ungerija waqt li ħadmu kontra Malta.

    Wara li Delia qam u beda jikkwota mir-rapport tal-Kumitat PANA bil-ħsieb li jistaqsi dwaru, l-Ispeaker Anġlu Farrugia appellalu biex jgħaddi għall-mistoqsija imma peress li Delia baqa' jikkwota mir-rapport tfilu l-mikrofonu.

    Dan qajjem furur fil-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius li qajjem 'point of order' u staqsih x'jiġifieri jitfi l-mikrofonu lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

    F'dan il-ħin Bonnici rrimarka li huwa jifhem li Agius qed jikkontesta għall-kariga ta' Viċi Kap tal-PN u għalhekk jixtieq jattira l-attenzjoni waqt li saħaq fuq l-importanza li fil-pajjiż ikollna fiduċja fl-istituzzjonijiet.

    Bonnici semma wkoll kif f'Panama papers issemma Francis Zammit Dimech b'Delia jgħid li huwa żleali li ma tagħmilx differenza bejn persuna tissemma minħabba l-indirizz fejn jaħdem u oħra għax ikollha l-kontijiet.

    Bonnici wieġbu li dan l-argument semgħu darb'oħra u fakkru kif kellu kontijiet f'isem klijenti tiegħu li kienu jintużaw għal attivitajiet illegali.

    Delia stiednu biex jekk irid jagħmel investigazzjonijiet bil-liġi u saħaq li jekk ma jagħmilhomx ma jkunx qed jonqos hu għax suġġett għal-liġi.

    Il-Ministru għall-Ġustizzja ċċara li f'pajjiż fejn hemm ir-'rule of law' mhux politiku jinvesiga imma l-awtoritajiet u politku ma jistax idaħħal subgħajh.

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni sfidah jieħu l-azzjonijiet li hemm bżonn b'Bonnici jistiednu jmur għand maġistrat inkwerenti kif għamel il-Prim Ministru.

    Wara li Delia staqsa jekk il-ġustizzja waslitx f'punt fejn biex issir persuna trid tmur għand maġistrat, il-Ministru għall-Ġustizzja reġa' qallu biex jagħmel hekk biex inaddaf ismu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0