Koppja titlob lil bank jikkumpensa għat-telf finanzjarju li sofrew

  • Nov 14, 2017 18:40
  • Miktub minn iNews

    Koppja minn tas-Sliema ppreżentaw ittra uffiċjali fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Bank HSBC fejn talbu li jingħataw kumpens għat-“telf massiċċ ta’ kapital u dħul” li sofrew minħabba li l-bank naqas li jipprovdilhom informazzjoni “ġusta, ċara u mhux qarrieqa”, dwar l-investimenti tagħhom.

    Joseph u Adelina Vella sostnew li r-rappreżentanti tal-banek ipprovdewlhom informazzjoni mhux kompluta u mhux korretta meta investew f’bonds Olandiżi tal-SNS Bank fl-2012 u l-2013.

    Il-Qorti ġiet infurmata li l-koppja ma kellha l-ebda idea tar-riskju involut, peress li dan l-investiment ma kienx jinsab taħt “Higher Risk Bonds”. 

    Intqal li kieku l-HSBC għamlet eżerċizzju xieraq ta’ due-diligence, kienet tkun taf li SNS Bank kien diġa’ rċieva bail-out mill-Gvern Olandiż ftit tas-snin qabel u kien suġġett għal sitt down-grades ta’ credit ratings inkluż okkażjoni ta’ Ġunju 2012 fejn Moody’s għamlet down-grade ta’ tliet notches f’okkażjoni waħda. 

    Meta dawn il-bonds subordinati kienu ssekwestrati mill-Gvern Olandiż, mingħajr kumpens offrut lill-investituri, il-koppja Maltija sofriet telf kbir ta’ kapital u interessi.

    Għal din ir-raġuni, huma talbu lill-bank HSBC biex tillikwida u ssolvi l-ħsarat filwaqt li rriservaw id-dritt tagħhom li jieħdu azzjoni legali ulterjuri.

    L-Avukat Stefano Filletti ffirma l-ittra uffiċjali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook