Matti Maasikas: “Malta wriet li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu sew” … David Casa b’attakki ħorox kontra Malta

  • Nov 14, 2017 18:12
  • Miktub minn iNews

    “Malta wriet kif l-istituzzjonijiet fi ħdanha qed jaħdmu u qed jaħdmu sew, u qed jirrispondu għall-isfidi li ġab miegħu l-qtil barbaru tal-blogger Daphne Caruana Galizia.” Sostna dan il-Ministru Estonjan Matti Maasikas f’isem il-Kunsill Ewropew li fetaħ id-dibattitu fil-Parlament Ewropew li ddiskuta l-mozzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta. 

    Maasikas faħħar lill-Gvern Malti talli aġixxa immedjatament wara l-assassinju ta’ DCG. Qabel id-dibattitu saret ċerimonja li matulha waħda mis-swali tal-istampa fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu ssemmiet għal Daphne Caruana Galizia.

    Il-Viċi Kummissarju tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans qal li issa għaddew għaxar t’ijiem mill-funeral tal-blogger DCG. Qal li jittama li min wettaq dan ir-reat jitressaq quddiem il-qrati. Sostna li l-priorità għall-Gvern Malti għandha tkun li tinstab ġustizzja, li jsir dak kollu possibbli biex il-ħatja tal-qtil ta’ DCG jaffaċċjaw il-ġustizzja. Timmermans qal li jista’ jsir titjib fuq diversi aspetti tal-mod kif jaħdmu l-istituzzjonijiet Maltin. Semma li issa wieħed irid jara li l-pajjiżi kollha, inkluż Malta, jdaħħlu fis-seħħ il-proviżjonijiet tal-liġi kontra l-ħasil tal-flus.

    Tkellmet ukoll il-MEP Tanja Fajon fejn qalet li l-Gvern Malti jrid jaġixxi b’mod determinanti wara l-qtil tal-ġurnalista DCG u jikkopera mal-istituzzjonijiet Ewropej. Innotat kif il-pożizzjoni tal-PPE  li s-saltna tad-dritt f’Malta qed tfalli u ma taqbilx magħha.

    Alfred Sant: Dan id-delitt ma jistax jirrifletti s-saltna tad-dritt f’Malta

    Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li li dan il-fatt ixxukja lill-pajjiż kollu b’hekk il-Gvern Malti talab lill-FBI, forensiċi Olandiżi u l-Europol biex isolvu dan il-każ. Qal li iżda r-riżultat tal-investigazzjoni dwar dan id-delitt, ma jistax jirrifletti fuq is-saltna tad-dritt f’Malta. Sostna li Malta qed tkun akkużata fuq defiċjenzi perċepiti fis-saltna tad-dritt fuq il-bażi ta’ fatti mgħawġa, allegazzjonijiet mhux ippruvati u kwistjonijiet irrelevanti għas-saltna tad-dritt.

    Dr Sant staqsa jekk dan hux qed isir bi tpattija għal proċessi dwar is-saltna tad-dritt fi stati membri oħra tal-UE. Qal li l-Gvern Malti ripetutament aċċetta li jilqa’ delegazzjonijiet minn dan il-Parlament biex jinvestigaw kwistjonijiet li jitqajmu. Dr Sant qal li l-Gvern Malti aċċetta, u stieden, l-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea fuq għadd ta’ kwistjonijiet. Qal li l-partiġġjaniżmu fuq is-saltna tad-dritt jimmina l-bażi morali li dan il-Parlament jista’ jqajjem dwar kwistjonijiet marbutin magħha.

    Dr Sant qal li dan il-Gvern għadu kemm ġie ri-elett b’maġġoranza assoluta li l-ebda partit f’dan il-Parlament qatt ma kellu u kabbar l-ekonomija Maltija fost l-aqwa, jekk mhux l-aqwa fl-Ewropa.

    Staqsa li jekk l-istati membri se jkunu suġġetti għal dil-metodoloġija, l-istati membri kollha jistgħu jiġu mħammġa. Temm jgħid li jekk din il-mozzjoni konġunta tgħaddi kif miktuba, il-kredenzjali tal-Parlament Ewropew biex jurina kif niddefendu l-valuri Ewropej b’mod trasparenti u b’mod onest ikunu f’riskju.

    David Casa b’attakki ħorox kontra Malta

    Sadanittant l-EP Nazzjonalista David Casa kompla bl-attakki fil-konfront tal-istituzzjonijiet Maltin fil-Parlament Ewropew. Filwaqt li attakka lill-Kummissarju tal-Pulizija u sejjaħlu ‘inkompetenti’, semma fost l-oħrajn il-Pilatus Bank li qed jaħsel il-flus f’Malta iżda ma tittieħed l-ebda azzjoni. Qal li s-saltna tad-dritt f’Malta għandha bżonn lill-Kummissjoni Ewropea li tieħu azzjoni immedjata. Saħaq li l-Unjoni Ewropea ilha taf dan, iżda l-Kummissjoni naqset milli tingħaqad mal-poplu Malti u tieħu azzjoni dwar il-korruzzjoni f’Malta. 

    Fillwaqt li l-PN fil-PE vvota biex ma tintbagħatx delegazzjoni tal-Parlament Ewropew tinvestiga s-sitwazzjoni ta’ rule of law u nuqqasijiet oħra fl-Ungerija li ssemmew kemm il-darba, fid-dibattitu lbieraħ reġà talab biex issir investigazzjoni f’Malta.

    Miriam Dalli: F’Malta hemm liġijiet effettivi

    L-EP Laburista Miriam Dalli rrikonoxxiet is-sens ta’ niket li ħakem lil Malta fl-aħħar ġimgħat, madanakollu nnutat dik li ddeskriviet “impresssjoni inġusta” li qed tkun ppreżentata fil-Parlament Ewropew. Sostniet li f’Malta hemm liġijiet effettivi, u lesta tiddiskuti meta mitluba.

    Irreferiet ukoll għal dak li qal il-Grupp Popolari Ewropew li s-saltna tad-dritt f’Malta falliet, u elenkat numru ta’ liġijiet li ntroduċa l-Gvern li juru biċ-ċar li dan mhux minnu, bħal-liġi tal-finanzjament tal-Partiti u l-whistleblower’s act.

    Sadanittant l-EP Nazzjonalista Roberta Metsola saħqet li l-Parlament Ewropew sar l-aħħar post fejn il-Maltin jistgħu jiġu protetti. Irrimarkat li meta Malta daħlet fl-UE assigurat li ma tħalli ebda politiku jgħaffeġ id-drittijiet tal-bniedem. Temmet tgħid li Muscat jaħseb li jista' jintimida lil kulħadd, imma mhux lilhom. 

    L-EP Laburista Marlene Mizzi min naħa tagħha nnotat li l-istituzzjonijiet f’Malta, bħal dawk fl-Istati Membri kollha, mhumhiex perfetti. “Però dan ma jfissirx li m’għandniex niġġieldu kull tip t’abbuż.”

    Qalet li dawk li qed jippuntaw subgħajhom lejn Malta għandhom erba’ oħra jippuntaw lejhom. Tenniet li l-intenzjoni tar-reżoluzzjoni fil-konfront ta’ Malta mhix ġenwina.

    Sadanittant l-aħħar membru parlamentari Malti Francis Zammit Dimech qal li qed ngħixu f’sitwazzjoni fejn min qed jgħidilna li qed jinvestiga, hu l-istess persuna li ma għamel xejn fil-konfront tal-iskandli li kixfet. Sostna li min jgħid li jrid ġustizzja għaliha, ma pproteġihiex meta kienet ħajja.

    Wara li saru l-interventi kollha, reġà tkellem Timmermans, li wera dispjaċir li d-dibattitu iddeġenera fi ġlieda politika bejn il-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew.

    Temm billi appella biex jingħata ċans li jsiru l-investigazzjonijiet minflok spekulazzjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    orchard road
    Nov 14, 2017

    Prosit l-MEPs kollha Socjalisti Demokratici Maltin mmexija minn Dr A. Sant u ghajb lil l-MEPs tal-PPE li hammgu isem pajjizhom ma` l-Ewropa. Malta tibqa` ghal qalb il-Maltin li ghalihom tigi l-Ewwel u qabel Kollox u ma` tinsa` qatt lil min jaghmilha l

    Irrispondi
    •  
      MALTI.
      Nov 14, 2017

      Prosit orchard road,sewwa kif ghed int dawn ihamgu jafu,ghax ghajurin ghal progress.

  •  
    MALTI.
    Nov 14, 2017

    ma tahsbux li dawn haqhom protesta hekk kif jaslu malta ta din il hsara kollha li qiet jamlu.

    Irrispondi
  •  

Facebook