Mijiet ta’ tfal vulnerabbli se jieħdu r-rigal li jixtiequ fil-Milied

  • Nov 14, 2017 11:41
  • Miktub minn iNews
     
    Għal-ħames sena l-Aġenzija Appoġġ se ssarraf f’realtà mijiet ta’ ħolm ta’ tfal vulnerabbli bl-inizjattiva Children’s Dreams li se tara lil dawn it-tfal vulnerabbli bir-rigal li jixtiequ dan il-Milied.
     
    Bi kważi ħames ġimgħat bogħod mil-Milied, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali (FSWS) għal ħames sena konsekuttiva qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex jaħseb f’dawn il-mijiet ta’ tfal biex jingħataw ir-rigal li qed joħolmu bih għall-Milied.
     
    Il-Kap Eżekuttiv ta’ FSWS ALfred Grixti spjega li dawn it-tfal li jixtiequ dawn ir-rigali huma kollha moniterjati kemm mill-aġenizja Appoġġ, mis-Sedqa u anke miċ-ċentri Leap. 
     
    Is-Sur Grixti semma li hemm bosta rikjesti dan il-milied, minn ħwejjeġ, min irid ballun u saħansitra min anke jixtieq biss li xi ħadd joħorġu jieħu pizza. Saħaq li dawn it-tfal vulnerabbli għandhom id-dritt fundamentali kollu biex igawdu danil-milied bħal tfal oħra u l-FSWS qed tagħmel minn kollox biex it-tfal iqattgħu l-aħjar milied kemm jista’ jkun possbbli.
     
    Alfred Grixti semma wkoll il-kunċert li se jittella nhar il-Ġimgħa li ġej b’kollaborazzjoni mal-banda tal-Forzi Armati u bosta talent lokali. Il-kunċert huwa mmirat għat-tfal u se jibda fit-7.45.p.m. u għal dawk kollha li jridu l-biljetti jistgħu jidħlu fis-sit www.showshappening.com.
    Is-Sur Grixti sostna li dawn it-tfal li l-ħolm tagħhom qiegħed fuq il-website www.childrendreams.org huma magħrufa mal-Aġenzija Appoġġ, u r-rigali jmorru fejn hemm l-iktar bżonn. Appella biex wieħed iżur dan is-sit biex joffri l-għajnuna tiegħu.
     
    Il-Kap Eżekuttiv Grixti rringrazzja lil Lina Pecorella mil-Litwanja tal-idea li bdiet ħames snin ilu. Qal li meta saret l-ewwel darba kien hemm 100 tifel u tifla li ġew innominati, s-sena li għaddiet kien hemm madwar 1,600, u din is-sena jidher li n-numru se jinqabeż.
     
    Sadanittant il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li din l-inizjattiva nobbli hija opportunità oħra biex il-poplu Malti u Għawdxi jferraħ l-iktar tfal vulnerabbli. Semma l-kliem ta’ Martin Luther King I Had a Dream u ta’ John Lennon Imagine. Sostna li l-ħolma li kellhom se ssir realta meta fil-Jum Internazzjonali tat-Tfal li jaħbat nhar it-Tnejn li ġej, se tiġi mnedija Children Policy Day. Temm jgħid li mhux fil-Milied biss iridu l-attenzjoni t-tfal iżda s-sena kollha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook