5,712-il persuna salvati fuq il-baħar fl-aħħar ħames snin

  • Nov 14, 2017 10:18
  • Miktub minn iNews

    Fl-aħħar ħames snin, il-Forzi Armati ta' Malta wettqu 257 operazzjoni ta' salvataġġ fuq il-baħar li fihom ġew salvati 5,712-il persuna. 

    L-akbar ammont ta' nies, ftit aktar minn terz tat-total kollu, kienu salvati fis-sena 2013. F'dik is-sena l-Armata kienet wettqet ukoll l-akbar ammont ta' operazzjonijiet ta' salvataġġ fuq il-baħar, li ammontaw għal 76 biex salvat 1,854 persuna. 

    Is-sena sussegwenti mbagħad kienet l-inqas waħda kemm mil-lat ta' operazzjonijiet kif ukoll fl-ammont ta' nies meta saru 34 operazzjoni ta' salvataġġ u kienu salvati 602 persuni. 

    Fl-2015 ġew salvati 1,273 persuna fi 48 operazzjoni, fl-2016 l-Armata salvat 1,251 persuna f'57 operazzjoni, waqt li din is-sena sal-ewwel ġimgħa ta' dan ix-xahar kellha twettaq 42 operazzjoni ta' salvataġġ biex salvat 732 persuna mill-baħar.  

    Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Intern u s-Sigrtà Nazzjonali Michael Farrugiq fi tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Robert Abela.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook