Sejħa għall-voluntiera

  • Lul 23, 2012 10:18
  • Miktub minn

    Aġenzija Appoġġ bħalissa teħtieġ voluntiera ġodda biex joffru l-ħin tagħhom fis-servizzi Supportline 179 u Programm Ulied Darna.

    Supportline 179 huwa servizz huwa offrut 24 siegħa kuljum u joffri sapport f’sitwazzjonijiet differenti fosthom vjolenza domestika, abbuż fuq it-tfal, ħsibijiet ta’ suwiċidju, solitudni, diffikultajiet emozzjonali, problemi ta’ mġiba, abbuż minn sustanzi, logħob tal-ażżard fost l-oħrajn.

    Programm Ulied Darna joffri għajnuna prattika, informazzjoni u ħbiberija permezz tal-voluntiera li jiffaċilitaw l-ħajja ta’ familji fil-bżonn u li jkunu diġa’ qed jaċċessaw xi servizz ieħor tal-Fondazzjoni minħabba problemi soċjali li jkollhom. Il-voluntiera jissapportjaw lill-ġenituri billi jgħaddulhom ħiliet bħal parenting skills, metodi effettivi ta’ dixxiplina u trobbija pożittiva, komunikazzjoni mat-tfal; kif ukoll ħiliet oħra bażiċi fiż-żamma tad-dar bħal kif għandek tqassam il-flus, kif tqassam aħjar il-ħin, tisjir u indafa, fost l-oħrajn. Il-voluntiera jagħtu wkoll għajnuna prattika bħal jakkumpanjaw lill-ġenituri għal appuntamenti, għajnuna waqt il-homework, kif ukoll trasport ta’ tfal u l-ġenituri tagħhom skont il-bżonn.

    Persuni interessati li jissieħbu mat-tim eżistenti ta’ voluntiera ta’ Supportline 179 u Programm Ulied Darna jistgħu jżuru www.appogg.gov.mt għal aktar informazzjoni, jew iċemplu fuq 2295 9000 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju. Jingħata taħriġ professjonali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0