DIRETT: Il-PL b'maġġoranza ta' aktar minn 56%

  • Mar 15, 2013 21:59
  • Miktub minn

    21.22: F'Birkirkara eletti sa issa Joanne Debono Grech, PL u Michael Fenech Adami, PN, li t-tnejn qabżu l-4,000 vot. Għall-PL eletta wkoll Rita Borg.

    Ammont kbir ta' voti kisbu wkoll Quinton Scerri f'Ħaż-Żabbar. Scerri kiseb 4,469 vot u issa huwa s-Sindku ġdid ta' Ħaż-Żabbar. Domenic Agius, li kien is-Sindku preċedenti kiseb 994 vot u issa se jkun Viċi-Sindku.

    19.20 Kif tajna indikazzjoni aktar kmieni s-sindku taż-Żejtun Joe Attard kien rikonfermat Sindku b'1,431 vot fl-ewwel għadd. Eletti wkoll mal-ewwel għadd f'isem il-PL kien hemm Doris Abela, Joan Agius u Stephania Fenech filwaqt li mill-PN elett fl-ewwel għadd hemm Raymond Caruana. Intant kien hemm ukoll tliet kandidati oħra eletti mill-kunsill tax-Xewkija li huma Monica Vella, Elaine Zammit Haber għall-PL u Jeanelle Attard għall-PN.

    19.11: F'Tas-Sliema mal-ewwel għadd barra s-Sindku kienu eletti wkoll Kristian Busietta f'isem il-PN u Lisa Cassar f'isem il-PL. Intant kien hemm ukoll tliet kunsilliera eletti f'Ħal Tarxien fejn għall-PL kienu eletti wkoll Francis Agius u Keith Darmanin filwaqt għall-PN kien elett Lawrence Bonavia. Il-kunsill ta' Ħal Tarxien jikkonsisti f'seba' kandidati u għalhekk din il-lokalità għadha miftuħa.

    19.04: Mir-Rabat Malta għal dak ta' Għawdex fejn telgħu eletti wkoll għall-PN Maria Portelli u Josef Schembri.

    19.00: Anke l-lokalità tar-Rabat għandha Sindku ġdid, għalkemm din il-lokalità żammet maġġoranza Laburista, is-sindku Sandro Craus ma ħariġx għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Is-sindku l-ġdid tar-Rabat se jkun Charles Azzopardi. Mal-ewwel għadd tal-voti kien hemm erba' kandidati eletti minn din il-lokalità barra Azzopardi kien hemm ukoll Dolores Coleiro f'isem il-PL filwaqt li għall-Pn kienu eletti mal-ewwel għadd Antoine Borg u Nazju Cassar.

    18.51: Il-kunsill Tal-Pietà ukoll ingħalaq dan kien kunsill li fih saru numru ta' recounts. L-aħħar żewġ kunsilliera eletti kienuy Anthony Camilleri u Josephine Tanti għall-PL.

    18.45: Anke l-Kunsill Lokali ta' Pembroke huwa kompletament magħluq fejn għall-Partit Laburista kien elett is-sindku Dean Hili u l-kunsilliera Mark Causon u Raymond Lanzon filwaqt li għall-PN kienu eletti Charles Cesare u Evelyn Vella Brincat.

    18.30: Il-kunsill ta' Ħal Għaxaq ukoll ingħalaq fejn barra s-sindku Laburista Darren Abela kienu eletti wkoll f'isem il-PL Keith Mario Fenech, Marianne Schembri u Emmanuel Vassallo. F'isem il-PN kienet eletta Rose Agius.

    18.00: Fil-Mellieħa kienu eletti wkoll għall-PN Emvin Bartolo u Hillary Fenech. Filwaqt li mill-Imġarr f'isem il-Partit Laburista kienet eletta Elizabeth Ebejer.

    17.45: Il-PN kiseb riżultat pożittiv ħafna fil-lokalità ta' Tas-Sliema fejn kien ikkonfermat is-Sindku Anthony Chircop b'2,231 vot fl-ewwel għadd. Riżultat tajjeb ukoll għall-AD fejn Michael Briguglio kiseb 727 vot fl-ewwel għadd. L-akbar ammont ta' voti qatt miksuba mill-AD f'din il-lokalità.

    17.26: Il-kunsill ta' Ħal Lija wkoll ingħalaq bl-aħħar żewġ kandidati eletti jkunu Lorraine Farrugia u Marc Sant min-naħa tal-PL. Filwaqt li fl-Imqabba hemm kandidata oħra eletta li hi Marie Grace Mallia f'isem il-PL.

    17.08: Fil-lokalità tal-Mellieħa s'issa hemm eletti Clayton Bartolo u John Francis Buttiegieg f'isem il-PL, filwaqt li min-naħa tal-PN kien elett Robert Cutajar.

    17.00: Fil-lokalità tal-Imsida hemm eletti Margaret Baldacchino Cefai u Alex sciberras f'isem il-PL, filwaqt li telgħu min-naħa tal-PN Alan Abela Wadge, Matthew Agius u Charles Selvaggi.

    16.45: Il-lokalità tal-Gudja hi magħluqa bl-aħħar kandidat elett ikun Stefan Caruana f'isem il-PN.

    16.34: Louis Gatt il-Kap tal-uffiċċju elettorali tal-PL ikkonferma ma' inewsmalta.com li l-PL kiseb maġġoranza ta' aktar minn 56 fil-mija. Gatt spjega li ma jistax għalissa jagħti ċ-ċifra eżatta minħabba li hemm numru ta' lokalitajiet li fihom għadu qed isir l-ewwel għadd tal-voti. Jidher li l-Partit Laburista kiseb maġġoranza ta' voti fi 23 lokalità minn 33.

    16.27: F'Ħal Tarxien barra s-Sindku l-ġdid Joseph Abela kien elett ukoll f'isem il-PL, Paul Farrugia.

    16.25: Sorsi infurmati tajjeb qalu lill-inewsmalta.com li kollox qiegħed jindika li l-PL rebaħ dawn l-elezzjonijiet b'57%.

    16.20: Il-lokalità tal-Qrendi tinsab magħluqa. F'isem il-PL barra s-Sindku David Schembri kienu eletti wkoll Carmel Zerafa u Olimpia Sant filwaqt li f'isem il-PN kienu eletti Daniel u Daniela Farrugia.

    16.18: Fir-Rabat Għawdex kien ikkonfermat is-Sindku Nazzjonalista Samuel Azzopardi. Elett ukoll f'din il-lokalità hemm Joseph Debrincat f'isem il-PL.

    16.16: Fil-lokalità ta' Santa Venera wkoll hemm sindku ġdid, din il-lokalità ntrebħet mill-PL, bis-sindku l-ġdid ikun Stephen Sultana li fl-ewwel għadd tal-voti kiseb 1,461 vot.

    16.09: Intalab recount ieħor din id-darba fuq il-lokalità tal-Imsida.

    16.05: Mil-lokalità tal-Belt f'isem il-Partit Nazzjonalista kien elett Christian Darren Micallef. Fuq Bormla mal-ewwel għadd barra Alison Zerafa kien elett ukoll Ivan Agius għall-PL. It-tielet elett f'isem il-PN mill-lokalità ta' Ħal Lija hija Stephanie Cutajar, filwaqt li mill-Imġarr hemm elett ukoll f'isem il-PN Paul Vella.

    15.50: Fil-lokalità tan-Naxxar huma kbar in-numri ta' voti li hemm fil-garżella tas-Sindku preżenti Maria Fatima Degura u min-naħa l-oħra ta' Clifford Galea min-naħa tal-PL. F'Birkirkara hemm ammonti kbar ta' voti għas-sindku preżenti Michael Fenech Adami għall-PN u għal Joan Debono Grech għall-PL.

    15.44: Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li s-Sindku taż-Żejtun Joe Attard mistenni jżomm postu, min-naħa l-oħra jidher li f'Ħaż-Żabbar jista' jkun Quinton Scerri s-Sindku l-ġdid.

    15.30: Jidher li l-intoppi għall-lokalità tal-Pietà baqgħet tippersisti hekk kif kien mitlub ukoll it-tieni recount.

    15.15: Il-Partit Laburista żied l-appoġġ li kellu f'diversi lokalitajiet fosthom fil-Fontana, Pietà u fl-Għarb b'żieda ta' 5%, fl-Imqabba u l-Qrendi b'żieda ta' 8 fil-mija.

    15.07: Fix-Xewkija l-uniku persuna li hi eletta hi s-sindku ġdid Laburista Paul Azzopardi. Il-kunsill tax-Xgħajra issa hu magħluq kompletament bil-PL jikseb erba' siġġijiet u l-PN siġġu wieħed. F'isem il-PL kienu eletti s-Sindku Anthony Valvo, Neil Attard, Joseph Azzopardi u Anton Buttigieg u f'isem il-PN Doris Borg.

    14:42 Fil-Belt Valletta barra Alexei Dingli kien elett ukoll Norman Shaw f'isem il-Partit Laburista. Fil-lokalità tal-Imġarr l-uniku kandidat elett s'issa huwa Clayton Gauci f'isem il-PL. Fil-Pietà hemm tliet kandidati eletti John Keith Attard f'isem il-PL u Annhelica Agius u Antoine Josef Fitzpatrick f'isem il-PN.

    14.29: Joseph Abela sindku ġdid Laburista għall-Ħal Tarxien, filwaqt li fil-Belt Valletta kien ikkonfermat Alexei Dingli.

    14.15 Fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq, Darren Abela ġie elett bħala Sindku.

    14.11 Sindku ġdid fir-Rabat ukoll, Charles Azzopardi.

    14.02: Alison Zerafa sindku ġdid għall-Bormla.

    13.45: Il-lokalità tal-Għarb hija magħluqa bl-aħħar kandidat elett ikun Louis Apap f'isem il-PN. Anke l-lokalità tal-Għasri tinsab magħluqa bl-aħħar kandidata eltta tkun Maria Mifsud. Intant f'isem il-PL fil-lokalità tal-Kalkara hemm elett ukoll Paul Bongalias.

    13.39: Fuq il-lokalità ta' Tax-Xbiex kien elett ukoll Eugenio Muscat f'isem il-Partit Nazzjonalista. Intant inħoloq batibekk fuq vot fil-lokalità ta' Ħaż-Żabbar li jidher li kien immarkat dubjuż imma li ntefa' f'xi garżella.

    13.29 Intant f'kummenti li ta d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Tony Abela qal li min kif miexi l-andament jidher li r-rebħa tal-Partit Laburista ta' nhar il-Ħadd li għadda hi riflessa wkoll fil-Kunsilli Lokali.

    13.28: Fl-Imtarfa s'issa kienu eletti tliet kandidati, John Daniel Attard f'isem il-PL u Simon Paul Fenech u Anthony Mifsud.

    13.19: Ian Castaldi Paris kien ikkonfermat sindku ta' Ħal Lija. F'din il-lokalità wkoll kienet ikkonfermata eletta Mary Magdalen Magri f'isem il-Partit Nazzjonalista. Aktarx se jkun hemm bdil fis-sindki ta' Ħal Għaxaq u Ħal Tarxien. Mill-Imġarr s'issa kien kkonfermat elett il-kandidat indipendenti Giovanni Gatt.

    13.17: Kollox jindika li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jitlob ir-recounts bl-addoċċ taħt xi forma ta' protesta. Qiegħed jingħad li dan għaliex ma kinetx milqugħa t-talba tal-Partit Nazzjonalista għal recount fuq it-tlettax u tmien distrett fl-elezzjoni ġenerali.

    13.11 Il-lokalità tal-Fontana hija magħluqa il-PL għandu żewġ siġġijiet filwaqt li PN tlieta bis-sindku jkun Saviour Borg. L-aħħar kunsillier elett fuq dan id-distrett kien Mario Mercieca f'isem il-Partit Laburista.

    13.06: Il-Partit Nazzjonalista qed jitolbu numru ta' recounts f'numru ta' lokalitajiet. Intant għad hemm erba' lokalitajiet li fihom għadhom ma bdewx is-sorting.

    13.03: L-avukat żagħżugħ Dean Hili se jkun is-Sindku l-ġdid tal-lokalità ta' Pembroke.

    12.55: Mill-Imqabba kien elett Noel Galea f'isem il-Partit Nazzjonalista b'560 vot.

    12.46: Se jsir ukoll recount fil-lokalità Tal-Pietà.

    12.06: Fil-Qrendi, se jkollhom lil David Schembri li ġie elett l-ewwel darba bħala sindku b’534 vot. Miegħu ġew eletti wkoll Carmel Zerafa b’442 vot min-naħa tal-Partit Laburista u Daniel Farrugia bi 362 vot għall-Partit Nazzjonalista.

    Intant, Keith Tanti se jkun is-Sindku l-ġdid f'Tal-Pietà.

    11.52: Għal-lokalitá tal-Imqabba, Nicholas Briffa se jkun is-Sindku filwaqt li Charlene Zammit se tkun il-viċi Sindku.

    11.47: Fil-lokalità tar-Rabat Għawdex bdew jintefgħu fil-garżelli l-voti bl-ewwel preferenza.

    Fil-każ tal-lokalitá tal-Imtarfa se jerġa’ jsir recount tal-voti hekk kif id-differenza fil-voti bejn iż-żewġ partiti hi biss ta’ ħames voti.

    11.45: L-għadd tal-voti fil-lokalitá tal-Għasri għalaq fil-ħames għadd biex issa l-ħames kandidati eletti huma Daniel Attard (PN),, Joseph Farrugia (PL),, Frank Formosa (PL),, Emanuel Mintoff (PN), u Maria Alexandra Mifsud (PN),.

    11.20: Speranza Chircop eletta sindku tal-Kalkara f'isem il-Partit Laburista. Dan meta kisbet 576 vot fl-ewwel għadd. Fil-Kalkara kienu eletti wkoll Christopher Bruno f'isem il-Partit Laburista u Sultana Maria f'isem il-Partit Nazzjonalista. L-eks Sindku Michael Cohen ma kienx kandidat.

    11.18: Mario Calleja reġa' kien ikkonfermat Sindku tal-Gudja għas-sitt darba. Calleja kiseb 551 vot fl-ewwel għadd, eletti wkoll għall-Partit Laburista hemm Romeo Baldachino b'479 vot u Grech Demelsa b'399 vot. Min-naħa tal-Partit Nazzjonalista hemm elett Sammut Mark Anthony b'544 vot.

    11.14: Fuq il-kunsill tax-Xgħajra kienet elett ukoll Buttigieg Antonio f'isem il-Partit Laburista. Filwaqt li mill-Fontana kien elett f'isem il-Partit Nazzjonalista Carmel Farrugia.

    11.13: Il-perċentwal tal-voti tal-Imtarfa juri l-partiti ras imb'ras bejn iż-żewġ partiti. Għalkemm hemm indikazzjoni li din il-lokalità se tintrebaħ bi ftit voti mill-Partit Nazzjonalista.

    11.02: Fl-ewwel għadd Tas-Sannat kien elett sindku Philip Vella f'isem il-Partit Laburista li kiseb 610 vot.

    10.39: Fl-ewwel għadd tal-voti fl-Għarb kienu eletti Emmanuel Muscat f'isem il-PL b'163 vot u David Agius Apap b'393 vot.

    10.37: Max Zammit huwa s-Sindku ġdid f'Ta' Xbiex. Zammit kiseb 311 vot mal-ewwel għadd. Filwaqt dik li kienet Sindku Vassallo Antoinette kisbet 279 vot. Min-naħa tal-PN kien elett Anthony Cachia Casioletti b'242 vot.

    10.35: L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-PL kiseb lura l-maġġoranza fil-Pietà u l-Imqabba.

    10.22: L-ewwel għadd tal-voti huwa magħluq ukoll fil-Fontana fejn s'issa għall-Partit Nazzjonalista huma eletti Saviour Borg b'214 vot u Victor Cefai b'159 vot. Elett min-naħa tal-Partit Laburista s'issa hemm Horace Micallef b'236 vot.

    10.20: L-ewwel għadd tal-voti huwa lest ukoll fix-Xgħajra fejn jidher li s-Sindku Anthony Valvo mill-ġdid kien ikonfermat. Fl-ewwel għadd tal-voti Valvo kiseb 481 vot, elett ukoll mill-ewwel għadd minn din il-lokalità hemm Neil Attard f'isem il-Partit Laburista b;232 vot u l-unika kandidata tal-Partit Nazzjonalista, Borg Doris b'192 vot.

    09.59: Intant qegħdin jitpoġġew ukoll l-voti fil-garżelli fil-lokalitajiet ta' Ta' Xbiex, Xewkija, Tal-Pietà, Kalkara, Mqabba, Gudja u l-Imtarfa.

    09.53: Fil-lokalità żgħira tal-Għasri tlesta l-ewwel għadd tal-voti. Iż-żewġ kandidati tal-Partit Laburista ġew eletti mal-ewwel għadd fejn Joseph Farrugia kiseb 67 vot u Frank Formosa kiseb 66 vot. Min-naħa tal-Partit Nazzjonalista s'issa hu elett Daniel Attard b'97 vot. Iridu jkunu ħamsa l-kunsilliera fuq il-kunsill tal-Għasri u għalhekk għadd iridu jkunu eletti żewġ kandidati oħra fuq dan id-distrett. Il-kwota f'dan id-distrett hi ta' 52. F'din il-lokalità kien hemm 429 voti reġistrati.

    09.27: Fil-lokalitajiet kollha 33-il lokalità għadhom qegħdin jinfetħu l-kaxxi, jinfetħu l-voti u jkunu ċċekkjati t-timbri u jitpoġġew wiċċhom 'l isfel.

    08:38: Il-proċess dalgħodu miexi bil-mod hekk kif bħalissa għadu qed isisr il-proċess ta' rikonċiljazzjoni.

    Aktar kmieni: Illum fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar se jsir l-għadd tal-voti ta' 33 lokalità madwar Malta u Għawdex.

    Hemm stennija partikolari għal dawn ir-riżultati hekk kif qed ikun mistenni li xi numru ta' lokalitajiet jiksbu maġġoranza Laburista u dan wara l-appoġġ qawwi li kien hemm favur il-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali.

    Kien 82 fil-mija dawk li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, bl-aktar lokalitajiet li fihom ivvutaw nies kienu l-Gudja u l-Imtarfa b'94 fil-mija tal-voti, filwaqt li l-anqas lokalità li fiha marru jivvutaw nies kienet Tas-Sliema b'57 fil-mija.

    Birkirkara huwa wieħed mill-lokalitajiet li llum ħafna se jkunu qegħdin isegwu mill-qrib. Tliet snin ilu l-lokalità ta' Birkirkara ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista bi ftit voti. Wara r-riżultat tal-Ħadd li għadda fejn it-tmien distrett, ta' Birkirkara. ntrebaħ mill-Partit Laburista, ħafna qegħdin jaħsbu li anke fil-kunsilli Lokali din l-iswing se tkun riflessa.

    Lokalitajiet oħra ta' importanza partikolari se jkunu wkoll il-Belt, l-Imqabba, il-Mellieħa, Pietà, San Ġwann, Santa Venera u l-Imtarfa. Wara r-riżultat tant kbir min-naħa tal-Partit Laburista tal-Ħadd, anke l-maġġoranza Nazzjonalista ta' Tas-Sliema tista' tkun sfidata.

    Ritratti: Charles Marsh

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 18

  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    Se jitilfu disgha lokalitajiet.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    Ma nahsibx li r-rizultat tal-elezzjoni generali se jkun rifless ezatt fl-elezzjoni tal-Kunsilli. Ghax nahseb li eluf ta' nazzjonalisti li vutaw PL LILL-GVERN riedu jikkundannaw u mhux bilfors lill-Kunsill Nazzjonalista. Issa naraw.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    Nahseb ahjar jergghu johorg l-ixkupilja u l-Lasonil.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    U leeeee dan kull ma hu protest vote. Dawn il-votanti f'elezzjoni generali kollha jergaw lura mal-PN u dqashekk!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    BLUE PAIN RELIEF ! kaxkira ohra lesta!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    @Alouette III Disgha lokalitajiet disgha siggijiet aktar fil-kbira. Qabblilna wahda.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    Jidher li gejja tkaxkira ohra papali !!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    Prosit kbira lis-Sindku l-gdid PAWLU AZZOPARDI EKS PULIZIJA FIS-CID ghal kunsill lokali tax-Xewkija. L-el

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    L-imparzjilita' ta' din is-sit, iktar ma jghaddi, iktar qed tibrilla!!! Din it-tip ta attitudni qieghda tattira lil kategorija wahda biss ta'bloggers..Oqghodu attenti!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    Fil-Kunsilli Lokali kollha huwa mportanti, li l-membri kollha jahdmu bhala 'team work' jekk verament iridu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    DIZASTRU WARA IEHOR KELU GONZI BLAROGANZA TGHIEW

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    Il kunsill tax xewkija ilu tant li fethu il kaxxi u possibli wiehed biss ghadu elett donnu minsi ghax aqqas biss tkellmu fuqu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    ILUM REGA QALA TKAXKIRA PAPALI GONZI

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    F

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    Fejn huma ir-rekords Sur Gonzi li kont issemmi, Dawn huma zgur REKORDS telfa u tkaxkira kbira f'elezzjoni generali u telfa ohra fil kunsilli lokali, jekk trid faxex u creams mur Mater Dei tibzax mhux sa inhalluk tistenihom.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 17, 2013

    Qatt ma kont nghati kas imma

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 18, 2013

    Il-mibki LINO CASSAR kieku għadhu magħna kien jgħidilhom li ħadu tkaxkira alallaliħalaqhom.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 20, 2013

    Nawguralek David Schembri ghal aktar succesi fil Qrendi.

    Irrispondi
  •  

Facebook