“Xogħlna sar ibeżżagħna... nagħmlu x'nagħmlu sirna niġu kkritikati!"

  • Ott 30, 2017 10:54
  • Miktub minn iNews
"

    “Xogħlna sar ibeżżagħna, nagħmlu x’nagħmlu bħal donnu xorta waħda se niġu kkritikati dwaru. Nieħdu dan il-każ bħala eżempju, bniedem fl-art li beda jġib ruħu b’mod stramb. Jekk l-uffiċjali tal-pulizija jaqbdu u jiġbruh min-nofs, jiġu kritikati li huma bla qalb jew li użaw il-forza, jekk iħalluh hemm u jistennew l-ordnijiet ta’ dawk ta’ fuqhom, isibu min jwaqqagħhom għaż-żufjett permezz ta’ ritratti u filmati segwiti minn kummenti fuq is-siti soċjali”. Dan kien il-kumment li għamel ma’ inewsmalta wieħed mill-uffiċjali tal-korp li jinsabu preokkupati dwar in-nuqqas ta’ fiduċja u apprezzament li l-pubbliku inġenerali sar għandu fil-korp.

    Dan l-uffiċjali kompla jgħidilna dwar il-bosta kummenti li segwew fuq filmat li fl-aħħar sigħat inxtered fuq is-siti soċjali. Fil-filmat kienu jidhru xi uffiċjali li ntervjenew f’Paceville wara rapport ta’ persuna li kienet qiegħda ġġib ruħha b’mod stramb f’nofs it-triq.

    Temm jgħid magħna li hija xi ħaġa sabiħa li fost il-bosta kummenti li nkitbu tara kummenti li jifhmu d-delikatezza ta’ każi bħal dawn u li jeħtieġ li wieħed jirfes fiż-żarbun ta’ dawn in-nies qabel ma jibda jikteb dak li jiġih f’moħħu minn wara mezzi elettroniċi.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0