Il-Pulizija Maltija titlob li tkellem lil Darren Debono

  • Ott 30, 2017 09:57
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pulizija Maltija titlob li tkellem lil Darren Debono... Bħalissa qed jinżamm arrestat fil-ħabs ta’ Katanja

    Wara diversi jiem ta’ skiet mill-awtoritajiet Taljani u Maltin wara l-arrest ta’ l-eksplejer internazzjonali Malti Darren Debono f’Lampedusa, jidher li l-Pulizija Maltija qed titlob lil dik Taljana għall-estradizzjoni tal-Malti li bħalissa qed jinżamm arrestat fil-ħabs ta’ Katanja fi Sqallija.

    Debono ta’ 43 sena li ilu jiġi mfittex għal dawn l-aħħar snin mill-awtoritajiet Taljani b'rabta mal-operazzjoni “Dirty Oil” (Żejt Maħmuġ), safa arrestat tliet ijiem wara l-qtil brutali tal-blogger Daphne Caruana Galizia. F’wieħed mill-artikli tagħha Caruana Galizia saħansitra kienet iddeskriviet lil Debono bħala “sajjied” b'“negozju” fil-Libja. F’din l-operazzjoni hemm imsemmi wkoll il-Libjan Ben Khalifa magħruf bħala “il Malem” (il-Kap), li huwa l-mexxej ta' milizja armata fin-naħa tal-Libja mal-konfini tat-Tuneżija u kien wieħed minn grupp ta' persuni li semma b'rabta mat-traffikar tal-fjuwil mil-Libja għall-Italja. Minbarra Ben Khalifa u Debono, f'dan il-grupp issemmew ukoll fost oħrajn Malti ieħor, Gordon Debono li wkoll għandu 43 sena, u Nicola Orazio Romeo, Sqalli deskritt bħala mafjuż mill-klan Santapaola-Ercolano.

    Ben Khalifa u Darren Debono allegatament kellhom kumpanija flimkien, ADJ Trading, b'indirizz f'San Ġwann waqt li Romeo ssemma fil-Panama Papers bħala wkoll wieħed li kellu kumpaniji irreġistrati fuq l-istess indirizz. Il-prosekutur ta' Katanja, Carmelo Zuccaro, kien kwotat jgħid li bl-arresti li saru ġie interrott it-traffikar tal-fjuwil bejn il-Libja u l-Italja minn fejn imbagħad kien jibqa' sejjer lejn l-Ewropa. Huwa jistma li bejn Jannar 2015 u Jannar 2016 ġew traffikati lejn l-Italja 80 miljun kilo fjuwil b'valur ta' €30 miljun li fis-suq jitla' għal €50 miljun. Fl-istess waqt  Zuccaro iddikjara li l-inkjesta għadha ma ntemmitx u jemmen li Malta tinsab fir-rotta ta' diversi tipi ta' traffikar.

    Sorsi qrib l-investigaturi Taljani saħansitra qalu li l-istess awtoritajiet, f’dawn l-aħħar sentejn kienu anke nterċettaw il-linja tat-telefon ċellulari ta’ Debono. Il-Pulizija Maltija jidher li għadha trid tistabilixxi ruħha aktar dwar din l-operazzjoni ta’ kuntrabandu tal-fjuwil li kien għaddej mil-Libja lejn l-Italja. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0