Iċċelebrat Jum Għawdex

  • Ott 30, 2017 09:00
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar is-Sibt 28 ta’ Ottubru fir-Rabat Għawdex saret ċelebrazzjoni kommemorattiva fil-Katidral tal-Assunta fir-Rabat Għawdex fejn ġiet iċċelebrata quddiesa mil-Arċidjaknu u Vigarju Ġenerali Mons. Tarcisio Camilleri b’tifkira ta’ Jum Għawdex. Dan il-jum ifakkarna meta l-patrijott Għawdxi l-arċipriet Saver Cassar fl-1798 mexxa l-imblokk tal-Franċiżi f’Għawdex u għal sentejn iggevrna lil Għawdex bħala stat indipendenti sal-20 ta’ Awwissu 1801. Għal din il-quddiesa attendew il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kif ukoll il-maġġoranza ta’ Sindki Għawdxin.

    Wara l-quddiesa sar it-tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument bust tal-Arċipriet Saverio Cassar li jinsab fi Pjazza Indipendenza, it-Tokk min dawk preżenti.

    Din l-attività kompliet b’għoti ta’ tliet premji ta’ Ġieħ Għawdex mil-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fiċ-Circolo Gozitano fejn dan ta’ l-aħħar kien beda jorganizza l-attività għall-ewwel darba ta' Jum Għawdex fis-sena 2005. Tnejn min dawn il-premji ngħataw liż-żewġ teatri ewlenin tal-Opra f’Ghawdex “l-Aurora” u “l-Astra” filwaqt il-premju l-ieħor ingħata lil-Betlehem “f’Għajnsielem”.

    Ritratti: Joe Grech

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0