Awguri lill-PM mill-GWU u MHRA

  • Mar 12, 2013 11:32
  • Miktub minn

    Il-General Workers Union fi stqarrija ferħet u awgurat kull suċċess lill-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat fil-kariga tiegħu bħala Prim Ministru ta' Malta. Il-GWU qalet li tifhem li r-rebħa elettorali kbira li kiseb il-Partit Laburista hija turija ċara tal-mandat tal-poplu li jrid bidla fl-istil ta' tmexxija fil-pajjiż.

    “Il-GWU hija konvinta li l-Prim Ministru Muscat se jindirizza t-talba tagħha ta' dawn l-aħħar snin li jitnaqqsu l-piżijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma minn fuq il-poplu,” qalet l-istqarrija.

    Filwaqt li tifraħ ukoll li l-Partit Laburista laqa' ħafna mill-proposti tagħha ta' qabel l-elezzjoni, il-GWU qalet li hi fiduċjuża li fix-xhur li ġejjin se tkun qed taħdem mal-Gvern Laburista ġdid biex dawn il-proposti jiġu mwettqa.

    Il-GWU fakkret illi kif ilha tisħaq, se tkun viġilanti biex dak li kien imwiegħed ikun imwettaq. Se tkun qed tara wkoll li d-diskriminazzjoni u l-inġustizzji li saru magħha u ma membri tagħha jingħata rimedju għalihom.

    Il-GWU qalet ukoll li tinsab ħerqana li taħdem ma' Gvern Laburista ġdid fl-aħjar interess tal-ħaddiema, tal-pensjonanti u l-familji tagħhom u tal-pajjiż fl-istess waqt li hija konvinta li bit-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Malta se tkun verament tagħna lkoll.

    Intant kienu ħafna l-awgurji u x-xewqat minn diversi għaqdiet għall-Prim Ministru l-ġdid fosthom mill-Kmara tal-Ispiżjara u mill-MHRA.

    Il-Kamra tal-Ispiżjara xtaqu kull suċċess lil Joseph Muscat fil-ħidma tiegħu u tal-Gvern tiegħu u qalet li lesta taħdem miegħu biex jintlaħqu l-miri komuni għall-eċċellenza fil-kamp tas-Saħħa, b’attenzjoni speċifika għall-Farmaċija, spiżjara u l-pazjenti u l-iżvilupp tas-servizzi farmaċewtiċi f’dan ir-rigward, f’Malta Ewropea. Il-Kamra tal-Ispiżjara rringrazzjaw ukoll lil Lawrence Gonzi għax-xogħol tiegħu tul dawn l-aħħar snin.

    Il-President tal-MHRA, Tony Zahra filwaqt li bagħat ix-xewqat tiegħu lill-Prim Ministru ġdid qal li jawgura li flimkien mal-Kabinett ġdid tiegħu jibqgħu jaħdmu fuq is-suċċessi li nkisbu fil-qasam turistiku.

    L-MHRA qalet li gvern ġdid għandu jikkonċentra l-isforzi tiegħu billi jindirizza l-problemi fl-Industriaj turistika relatati ma' aċċessibiltà fix-xhur tax-xitwa, kif ukoll is-sostenibbiltà tal-industrija bi tnaqqis fil-prezz tal-enerġija li kien imwiegħed u tnaqqis fir-rata tal-VAT minn sebgħa fil-mija għal ħamsa fil-mija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0