Bi żwieġ null wara ħamsin sena tkornih

  • Mar 12, 2013 08:57
  • Miktub minn
"

    Wara ħamsin sena fi żwieġ bil-mara taqlibhilu bl-addoċċ raġel anzjan kellu ż-żwieġ tiegħu ddikjarat null. Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Abigail Lofaro semgħet lir-raġel u lil erba’ ulied jixhdu dwar il-ħajja xxelerata ta’ din il-mara u kif ir-raġel baqa’ magħha minkejja li r-riżulta li tnejn mill-ulied ma kienux tiegħu.

    Ir-raġel jgħid li kien sa mill-bidu taż-żwieġ tagħhom li martu kien ikollha ħafna relazzjonijiet ma’ rġiel oħra, tant li saħansitra kienet tagħmel dan fil-miftuħ u pubbliku. Żied li kull darba kien jaħfrilha għax kien iħobbha u baqa’ magħha anke wara li skopra li tnejn minn uliedu ma kienux tiegħu. “Bqajt inħobbhom daqs li kieku uliedi,” qal l-anzjan.

    Fil-Qorti spjega kif ma setax jaħfrilha iktar meta sema’ li qed tipprostitwixxi ruħha u kkonferma dan b’għajneh meta ma’ żewġ uliedu niżlu f’waħda mit-triqat magħrufa għal dan l-iskop u raha hu stess titlajja. Qal li dik li f’Lulju tal-1964 saret martu issa kienet waqgħet fil-baxx wisq.

    Dawn iż-żewġ ulied ikkonfermaw dak li qal il-missier fil-Qorti u żiedu li minn meta rawha titlajja l-Gżira marret tgħix ma’ raġel u qatt ma reġgħet lura d-dar jew tat każ tagħhom.

    Tifla oħra minn din ir-relazzjoni kkonfermat kif kien il-missier li ħa ħsieb il-familja u kkonfermat kemm ommha kellha relazzjonijiet adulteri. Tgħid li ommha kienet influwenzata minn ommha (n-nanna tal-bint), li kienet tlaqqa’ u tiġbor għandha nies bi skop ta' sess bi ħlas. Oħtha żżid li għand tal-forn minflok kienet tistenna wara n-nies kienet tmur f’kamra fuq in-naħa ta’ wara u tagħmel ħin twil hemm għand il-furnar. Fir-rakkont tax-xhieda li semgħet il-qorti tgħid hekk: “Lilha kienet tgħidilha biex tistenniha barra. Il-ħin kien ikun twil tant li x-xhud kienet tiddeċiedi li terġa tmur id-dar. Ġieli kienet taħsad lil ommha wkoll għand il-furnar u tinnutahom ħerġin minn din il-kamra fi żmien qasir, b’ommha tirranġa l-ħwejjeġ li ovvjament tagħti x’jifhem dwar x’kien ikun għaddej f’din il-kamra.”

    Hi tkompli tispjega dak li kienu għaddew minnu bħala familja u kemm sofriet tgħajjir minħabba l-ħajja ta’ ommha.

    Fil-kunsiderazzjonijiet tagħha l-Qorti għamlet referenza lejn diversi aspetti legali u għamlitha ċara li adulterju fih innifsu mhux bażi ta’ annullament. Għalkemm il-Qorti spjegat kif “jirriżulta b’mod ċar li l-intimata daħlet għal dan iż-żwieġ bl-aktar mod irresponsabbli għall-aħħar… Jidher ċar li l-intimata riedet tibqa’ tgħix dik il-ħajja ta’ ħafna rġiel, ta’ adulterju u fuq kollox ta’ prostituzzjoni, liema aġir juri li l-intimata qatt ma fehmet verament x’inhu żwieġ.”

    Kien hawn li l-Qorti spjegat li għalkemm l-adulterju mhux bażi għal annulament fil-każ ta’ din il-mara kienet a way of life. Kien għalhekk li l-Qorti qalet li dan iż-żwieġ ikun annultat. Dan għax il-mara ma setgħetx tagħti kunsens liberu u ma kellhiex rieda biżżejjed biex jinħoloq kunsens għaż-żwieġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    4