Ilbieraħ daħlu Malta 20 immigrant

  • Mar 12, 2013 08:27
  • Miktub minn

    Il-bieraħ filgħaxija, membri tat-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, u membri mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija, waqt operazzjoni konġunta mal-Forzi Armati ta’ Malta, segwew il-movimenti ta’ lanċa tas-sajd Maltija, hekk kif kienet dieħla lura fil-Port il-Kbir, b’ko-ordinazzjoni diretta mas-Servizz tas-Sigurtà Malti.
    Mal-wasla tal-lanċa tas-sajd fil-Port il-Kbir, u appena kienet għadha kif irmiġġat fi Fuel Wharf, id-Dwana u l-Pulizija intervjenew u għamlu tfittxija abbord.
    Irriżulta li l-lanċa kienet qiegħda ġġorr klandestinament 20 persuna ta’ nazzjonalita’ Sirjana. Immedjatament ġew infurmati l-Pulizija tal-Immigrazzjoni li qegħdin jinvestigaw. Jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjoni hemm ukoll l-ekwipaġġ tal-lanċa tas-sajd li kien jikkonsisti minn erba’ persuni ta’ nazzjonalita’ Eġizzjana, flimkien mas-sid Malti tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Malta taghhom wkoll ^-^

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    il gvern il gdid ghandu ikun jaf minn fejn gew u jati messag il dawn jibatom lura u tara kif ma jigux izjet jien ghalek ivotajt il pl grazzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    dehlin ma kienux zgur!!!!iktar hemm ic cans li kienu hergin!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    X'se naghmlu bihom dawn Dottore?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Nafu sewwa li dawn in nies gejjien mil Libya u nispera li ma jdumx ma jsir ftehim

    Irrispondi