“Se mmexxu b'umiltà” - PM

  • Mar 11, 2013 19:57
  • Miktub minn

    Fl-ewwel messaġġ tiegħu lin-nazzjon il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li se jieħu d-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu, imma li se jmexxi bl-umiltà.

    “Irridu ninkludu lil kulħadd fid-deċiżjonijiet il-kbar li se jittieħdu minn dan il-Gvern Ġdid. Għall-Gvern tiegħi, kull min irid jagħti sehemu biex pajjiżna jimxi ‘il quddiem, se jingħata l-ispazju kollu li hemm bżonn,” qal Muscat. Huwa żied jgħid li t-transizzjoni li qed issir fil-pajjiż hija waħda trankwilla u qed issir f’serenità u li se jkompli jmexxi fuq din il-linja.

    Il-Prim Ministru qal li l-elezzjoni ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2013 intbagħat sinjal ċar mill-poplu Malti u Għawdxi li jrid jinqata’ mill-politika tal-passat u jara stil ġdid ta’ tmexxija. Huwa qal li l-messaġġ ma ntbagħatx biss lil xi partit jew ieħor, imma ntbagħat lill-politiċi kollha. Żied jgħid li se jkompli jmexxi politika ta' għaqda. “Ġejna eletti bħala moviment u se niggvernaw bħala moviment,” kompla Muscat.

    Il-Prim Ministru qal li minkejja d-distakk elettorali, mhux se jirrendu rrelevanti lill-Oppożizzjoni. “Jien mhux lest ngħaddi minn fuq ħadd. Dan filwaqt li naraw li min fil-passat sofra xi forma jew oħra ta’ inġustizzja, jieħu r-rimedju li ħaqqu, mingħajr ma noħolqu inġustizzji ġodda,” kompla.

    Huwa żied jgħid li pajjiżna jistħoqqlu stabbiltà. U li se jingħata dik l-istabbiltà wara kważi iktar minn sena li matulha l-poplu ma kienx jaf fejn jinsab mal-gvern tiegħu.

    Muscat tkellem dwar l-ewwel prijoritajiet tal-gvern ġdid fejn qal li l-ewwel prijorità hi li jgħaddi l-Baġit 20013. Huwa qal li l-baġit se jinżammm kif tressaq bid-differenza li tkun irranġata t- taxxa minn fuq il-paga minima.

    Prijorità oħra hi l-pjan tal-enerġija. “Din hija prijorità għal pajjiżna biex naraw li jkollna security of supply fl-istess waqt li ma nkomplux nagħfsu lin-nies bil-piżijiet tal-kontijiet. Dan se nagħmluh biex inkomplu nagħtu nifs lill-ekonomiija tagħna u nkomplu nagħtu spinta ‘il quddiem lill-ħolqien tax-xogħol,” qal Muscat.

    Gvern Ġdid, qal il-Prim Ministru se jdaħħal kemm jista’ jkun malajr il-liġi tal-Whistleblower, se jneħħi l-preskrizzjoni fuq il-politiċi u se jara li jkollna liġi għall-finanzjament tal-partiti.

    Muscat qal li jrid li l-poplu jerġa' jikseb il-fiduċja fil-politiċi u għalhekk ikkommetta ruħu li l- kabinett ma jieħux iż-żieda ta’ €500 fil-ġimgħa. Żied jgħid li l-liġi tal-IVF u tal-Parole huma fost il-liġijiet li jridu jaraw li jibdew jitwettqu fil-prattika.

    Prijorità oħra li semma' Muscat hi li sal-aħħar tas-sena jkollna riforma fil-qasam tal-Ġustizzja biex terġa' titkattar il-fiduċja fis-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna. Qal ukoll li se jibda x-xogħol relatat mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea tal-2017. “Irridu nuru li Malta mhijiex biss membru tal-Unjoni Ewropea, imma membru attiv u li kapaċi tkun l-aqwa,” kompla Muscat.

    Ma setax jonqos li jitkellem fuq is-Summit ta’ nhar il-Ħamis li ġej li Muscat se jattendi għalih fi Brussel. Huwa qal li l-messaġġ li se jintbagħat huwa wieħed ta’ kontinwità. “Iżda mhux se niddejqu nerfgħu r-responsabbiltajiet fejn għandna nerfgħuhom u lesti nieħdu deċiżjonijiet sodi anke f’dak li għandu x’jaqsam ma’ taħdidiet fl-Unjoni Ewropea,” kompla Muscat.

    Huwa qal li rridu nbiddlu d-direzzjoni lejn tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd. “Irridu noħolqu iktar xogħol u xogħol ta’ kwalità. Irridu li nagħmluha iktar faċli lin-negozji biex jaħdmu billi nnaqqsu l-burokrazija. Għandna ħafna xogħol x’isir biex intejbu l-effiċjenza u ndaħħlu mmaniġġjar aħjar fil-qasam tas-saħħa fejn il-privat se jkun ħolqa importanti biex naslu għal dan l-għan. Fil-qasam tal-edukazzjoni għedna diġà – m’aħniex se nesperimentaw b’uliedna. B’hekk se nibnu fuq it-tajjeb li sar, inkomplu bil-programm ta’ bini ta’ skejjel. Fl-istess waqt indaħħlu titjib fil-kwalità tal-edukazzjoni u anke ngħinu biex iktar studenti jkomplu jistudjaw wara l-età ta’ sittax-il sena,” kompla Muscat.

    Huwa qal li dan kollu jista’ jsir, iżda li biex isir għandu bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd biex verament jintlaħaq dan il-għan. “Li nkunu pajjiż wieħed, magħqud, li nużaw is-servizz ta’ kull min lest li jgħin. Biex fil-prattika, u mill-Gvern, ikollna verament Malta li tkun tagħna lkoll,” temm jgħid Muscat fl-ewwel messaġġ tiegħu lill-poplu Malti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 6

  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Nawguralek min qih qalbi Prim Ministru !! Grazzi talli tajt Malta lura lil poplu Malti u Ghawdxi. GRAZZI PRIM MINISTRU TA'MALTA

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Awguri Joseph ghal tmexxija ta' gvern gdid ghal gid tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha. Nitolbu lil-Mulej jaghtik is-sahha ghax kellek tkun li ghaqqad lill poplu Malti u Ghawdxi bhala poplu wiehed Grazzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Nawguraw lil Prim Ministru Joseph Muscat kull success ghal-gid tan-Nazzjon Malti. Nixtiew nistaqsi xi haga dwar il-knisja. Ta' kull weekend kienet jaghmlu wahda mit-talbiet tal-fidili bi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Naqbel perfettament mad-decizjonijiet li se jiehu l-Gvern Laburista sabiex dawk kollha li ma' jaqblux mal-PL jistghu jahdmu mieghu. Izda nahseb ukoll li l-P

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Nawgura mill-qalb lill-Prim Ministru Muscat mill-qalb. Pero jiddisp0jacini nghid li filwaqt li qbilt ma zewg hatriet li saru, ma qbilt xejn ma wahda minnhom. Nahseb li kien zball fundamentali.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    nixtieq min qalbi lil prim ministru dr muscat tar rebha kbira u records personali il ghamel nifrah lil

    Irrispondi
  •  

Facebook