Aġġornat/Filmati: UFFIĊJALMENT PRIM MINISTRU

  • Mar 11, 2013 09:40
  • Miktub minn

    12.35 Matul it-triq kollha mill-Palazz sa' Kastilja ma setax jonqos l-għajat u ċapċip ta' dawk preżenti. F'Kastilja jistennew lill-Prim Minsitru l-ġdid kien hemm il-ħaddiema tal-uffiċċju tal-Prim Ministru. Minn Kastilja wkoll Muscat ħareġ fit-tieqa jsellem il-folol kbar ta' nies li kienu qed jistennew dan il-mument.

    12.05 Mill-Palazz tal-President il-Prim Ministru Joseph Muscat mar Kastilja f'dak li minn issa huwa l-uffiċċju tiegħu. Għalkemm kien ippjanat li l-familja Muscat se jimxu mill-Palazz għal Kastilja huma għaddew bil-karozza minħabba t-temp.

    11.42: Joseph Muscat tenna r-rieda tiegħu li jrid jaħdem ma' kulħadd. Qal ukoll li l-mandat storiku tal-bieraħ jagħti responsabbiltà kbira lill-gvern il-ġdid. Joseph Muscat qal li l-Kabinett tal-Ministri jinħatar bejn illum u nhar l-Erbgħa. Muscat spjega wkoll li x-xewqa tiegħu hija l-Parlament jiftaħ mal-ewwel opportunità wara l-Għid, bl-ewwel ġurnata ta' xogħol tkun dik li fiha jgħaddi l-baġit.

    11.31: "Jiena Joseph Muscat naħlef li nkunu fidili u leali lejn il-poplu u l-Kostituzzjoni ta' Malta. Hekk Alla jgħini." Din kienet il-ħalfa ta' Joseph Muscat hekk kif uffiċjalment inħatar Prim Ministru ta' Malta. Muscat issa ħareġ isellem mill-gallarija tal-palazz lill-folla li nġabret biex tagħtih merħba.

    11.19 Fis-sala tal-Ambaxxaturi daħlu l-ġenituri ta' Joseph Muscat u tal-mara tiegħu Michelle.

    11.15: Joseph Muscat issa jinsab fil-palazz presidenzjali u qiegħed jiltaqa' mal-President tar-Repubblika George Abela.

    11.10 Kif rat lil Joseph Muscat il-folla b'mod spontanju qabdet tkanta l-Innu Malti.

    11.02 Il-Prim Ministru elett Joseph Muscat wasal faċċata tal-Palazz tal-President fost l-għajjat tal-folla preżenti li nstemgħet tidwi mill-Palazz. F'xi lokalitajiet madwar il-pajjiż instema' l-ħoss tal-ħruq tas-salut.

    11.01 Fis-sala tal-Ambaxxaturi fil-Palazz tal-President kollox jinsab lest biex minn hawn u ftit ieħor Muscat jieħu l-ġurament tal-ħatra.

    10.46 Waslu wkoll il-President tal-Partit Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarja tal-Eżekuttiv tal-Partit Lydia Abela.

    10.34 Fil-Palazz tal-President wasal ukoll l-Avukat Ġenerali, Peter Grech. Ftit tal-ħin ilu l-Kummissjoni Elettorali ppreżentat ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali (tal-ewwel preferenza), lill-President ta' Malta George Abela.

    10.28 Intant minn ħin għall-ħin fil-Palazz tal-President qegħdin jaslu numru ta' uffiċjali tal-Partit Laburista u anke xi kandidati flimkien mal-qraba tagħhom.

    10.18 Hekk kif jasal fil-Palazz tal-President, Joseph Muscat mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra. Hekk kif jingħata l-ġurament il-Prim Ministru flimkien mal-President se jkunu qegħdin isellmu lill-ġemgħa kbira ta' nies li ħonqot Pjazza San Ġorġ. Minn hawnhekk il-Prim Ministru l-ġdid ta' pajjiżna mistenni jagħti kummenti lill-għexieren ta' ġurnalisti preżenti u wara jibqa' sejjer bil-mixi lejn il-Berġa ta' Kastilja, fejn hemmhekk hemm tistennih ukoll folla oħra kbira.

    10.00 Mijiet ta' nies jinġabru fi Pjazza San Ġorġ, faċċata tal-Palazz tal-President jistennew lill-Prim Ministru elett Joseph Muscat jieħu l-ġurament tal-ħatra. It-toroq prinċipali tal-Belt ukoll jinsabu mimlija nies jistennew bi ħaġarhom, armati bil-bnadar ta' Malta u tal-Partit Laburista.

    09.30: Mijiet ta' persuni bdew jinġabru l-Belt Valletta biex jagħtu merħba lill-Prim Ministru l-ġdid. Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat se jkun qigeħed jieħu l-ġurament tal-ħatra fil-minuti li ġejjin u dan se jixxandar b'mod dirett fuq inewsmalta.com.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8

  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Bir-ragun il-poplu jifrah. Zgur hadt ma bassar li n-nazzjonalisti sa' jiehdu tkaxkira

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Joseph Muscat id-dawl gdid ta' Malta gdida. Viva Malta Taghna 'lkoll. Viva l-Moviment tal-Haddiema. Emanuel Farrugia former Executive Secretary Mtarfa Local Council

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    @ vox popolo - ejja ma nbdewx inparlaw fil-vojt. Minghajr oppzizzjoni m'hemmx demokrazija. Dawn il-kummenti ma jaghmlux gieh lil Moviment Gdid l bena Joseph Muscat

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Awguri mil-qalb lil gvern gdid Joseph Muscat lil martu Michell u il ulidu ta ħatra ta mexxej tal Malta Taghna, u Awguri lil geneturi taħom. Il Mulej izomm idejħ fuhom

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Kollox kaxkar minn Kastilja dak il- mejjet bil- guh. L-ghotjiet mhix bhala Prim Ministru jkunu tawomlu kif ha kollox?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Ghawdex taghna!!!! Let's go for it!!!! Jien intellaq biex nirbah!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    PROSIT PRIM MINISTRU TAL FERH LI TAJTNA U LI NIRRINGRAZZJA

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Kemm jien kburi li ghandi lil Joseph Muscat Prim Ministru tieghi u taghna lkoll. Bniedem umli, sincier, energetiku u progressiv u mimli ideat gooda u friski. Dal bniedem jaf x irrid b mod ezatt

    Irrispondi