Aġġornat: It-tnax -il distrett magħluq

  • Mar 11, 2013 07:41
  • Miktub minn

    20.49: Fil-ħin li ġej fuq it-tielet distrett mistennija jkunu kkonfermati bħala deputati George Vella, Etienne Grech u Carmelo Abela. It-tlieta f'isem il-Partit Laburista. Kollox jindika li għall-Partit Nazzjonalista se jkun elett Mario Galea. Fuq is-sitt distrett għall-Partit Nazzjonalista kien elett iż-żagħżugħ Ryan Callus. Callus kien elett wara battalja mat-tabib Peter Micallef li issa tilef is-siġġu li kellu fil-parlament.

    20.00: L-ewwel deputat tal-Partit Laburista elett fuq il-ħdax-il distrett kien Anthony Agius Decelis. Kollox jindika li t-tieni wieħed se jkun id-Deputat Mexxej Louis Grech. Intant, it-tnax-il distrett huwa maqħluq hekk kif għall-Partit Nazzjonalista kienu elett Tonio Fenech, Michael Gonzi u Robert Cutajar. Tonio Fenech kien elett ukoll mit-tmien distrett u jidher li jċedi fejn iċedi Fenech il-favorita li tieħu s-siġġu tiegħu hija Claudette Buttigieg. Għalkemm wieħed irid iżomm f'moħħu li f'by election kulħadd jibda mix-xejn.

    17.59: Issa huwa iktar ċar li hija kwistjoni ta' ħin qabel Silvio Schembri ikun iddikjarat elett fuq is-sitt distrett. Ma' inewsmalta.com kellu dawn il-kummenti.

    17.54: Issa kienu ddikjarati eletti wkoll Silvio Parnis, fuq ir-raba' distrett, Clyde Puli fuq is-sitt distrett, Chris Cardona fuq it-tmien distrett u Robert Arrigo fuq l-għaxar distrett.

    16.00: Fuq it-tnax -il distrett huma ddikjarati eletti l-kandidati Laburisti Evarist Bartolo u Michael Farrugia.

    12.50: Il-Partit Laburista tella' tliet deputati f'Għawdex. Dan wara 'recount' li ta riżultat favur il-Partit Laburista b'disa' voti. Dan hekk kif Justyne Caruana għandha 3,966 vot u Frederick Azzopardi 3,957. Issa jaqa' Frederick Azzopardi u Justyne Caruana tkun eletta anke jekk forsi mingħajr kwota.

    12.00: Qiegħed isir 'recount' fuq Għawdex hekk kif is-sitwazzjoni tant hi qrib li ż-żewġ partiti qalu li rebħu t-tielet siġġu. Jidher li jmur fejn imur ir-riżultat id-differenza mhux se tkun iktar minn għaxar voti.

    11.01: L-attenzjoni terġa' ddur fuq mejda numru tlettax fejn qegħdin jingħaddu l-voti tal-gżira Għawdxija. Wara li waqa' Samuel Azzopardi issa baqa' Frederick Azzopardi li għandu 2,299 vot u Kevin Cutajar b'1,885 vot. Dawn jammontaw għal 4,184. Justyne Caruana għandha 3,932 vot. B'hekk sakemm ma jkunx hemm iktar minn 252 vot li mingħand Cutajar ma jkunux trasferibbli allura l-Partit Nazzjonalista jżomm it-tielet siġġu.

    10.05: Joe Mizzi kien iddikjarat elett mat-tieni għadd fuq it-tieni distrett hekk kif hu kien l-iktar kandidat li wiret voti meta nfetħu t-tieni preferenzi ta' Joseph Muscat.

    08.57: Jidher li l-Partit Nazzjonalista se jżomm il-maġġoranza ta' tliet deputati f'Għawdex. Dan anke jekk Justyne Caruana għadha fil-logħba elettorali bi 3,903 vot. Il-Partit Nazzjonalista għad għandu erba' kandidat li għadhom fil-logħba bl-iktar wieħed favorit huwa Frederick Azzopardi li għandu 1,617 vot mas-seba' għadd. Biex il-Partit Laburista iżomm iċ-ċans li jtella' lil Caruana jrid ikun hemm ħafna voti li ma jintirtux bejn il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista.

    08.41: Konrad Mizzi issa huwa uffiċjalment elett. Dan wara li kiseb 5,265 vot mat-tieni għadd. Mizzi ta l-ewwel kummenti tiegħu lil inewsmalta.com.

    IKTAR QABEL: Għalkemm ħafna kandidati jkollhom indikazzjoni ċara ta’ x’se jkun id-destin tagħhom sa issa huma 15-il kandidati li għandhom post ċert fil-parlament. Anke jekk oħrajn, bħal Chris Cardona fuq it-tmien jew Tony Agius Decelis fuq il-ħdax-il distrett żgur m’għandhomx ifallu.

    L-ewwel distrett

    Mill-ewwel distrett sa issa huma ddikjarati eletti Louis Grech (5,626), u Mario De Marco (4,448),. Għall-Partit Laburista issa qegħdin f’qagħda tajba li jirbħu ż-żewġ siġġijiet l-oħra Josè Herrera u Deo Debattista. Tidher li t-taqtigħa għat-tieni siġġu f’isem il-Partit Nazzjonalista se tkun bejn Claudio Grech u Paula Mifsud Bonnici. Hawn il-kwota hi ta’ 3,782.

    It-tieni distrett

    Kif mistenni fuq it-tieni distrett kienu eletti mal-ewwel għadd Joseph Muscat (13,968), u Lawrence Gonzi (4,616),. Hawn il-Partit Laburista mistenni jirbaħ erba’ siġġijiet u fil-battalja għat-tliet postijiet li fadal jidher li hemm fuq quddiem Chris Agius, Stefan Buontempo, Joe Mizzi u Helena Dalli. Hawn il-kwota hi ta’ 3,828.

    It-tielet distrett

    Fuq it-tielet distrett kien elett mal-ewwel għadd Owen Bonnici (4,316),. Minn kif żviluppa sa issa l-għadd li wasal fir-raba’ fażi tiegħu wieħed isib lil George Vella, Etienne Grech, Carmelo Abela, Helena Dalli u Joseph Mizzi jissiltu għat-tliet postijiet li fadal. Għall-Partit Nazzjonalista hemm fuq quddiem Mario Galea, li jekk ix-xejra tal-wirt tibqa’ l-istess għandu jkun elett. Hawn il-kwota hi ta’ 3,904.

    Ir-raba’ distrett

    Joseph Muscat kiseb 12,202 u issa jridu jkunu t-tieni preferenzi tiegħu li jiddeċiedu min se jkunu l-kandidati Laburisti l-oħra li jitilgħu minn dan id-distrett. Konrad Mizzi, Silvio Parnis u Chris Fearne jidhru bħala favoriti għalkemm għadu kmieni biex wieħed jasal għal xi tip ta’ konklużjonijiet. Iżda, minn wara l-perspex jidher li Konrad Mizzi wiret nofs il-voti ta’ Joseph Muscat.

    Jason Azzopardi kiseb 2,803 voti tal-ewwel preferenza f’isem il-Partit Nazzjonalista u warajh hemm Carmelo Mifsud Bonnici. Hawn il-kwota hi ta’ 3,822.

    Il-ħames distrett

    Elezzjoni oħra u Karmenu Vella reġa’ kien elett b’saħħa ta’ voti mal-ewwel għadd. Hu kiseb 5,231 vot. Marlene Farrugia, Edward Scicluna, u Joe Sammut wkoll qegħdin f’pożizzjoni tajba għall-Partit Laburista. It-taqtigħa għas-siġġu tal-Partit Nazzjonalista se tkun bejn Jason Azzopardi u Anthony Bezzina. Il-kwota fuq dan id-distrett hi ta’ 4,035.

    Is-sitt distrett

    Marie Louis Coleiro Preca (5,707), kienet eletta mal-ewwel għadd fuq is-sitt distrett. Wara li nfetaħ il-wirt ta’ Coleiro Preca hemm Silvio Schembri, Roderick Galdes u Charles Mangio jissieltu għaż-żewġ siġġijiet l-oħra tal-Partit Laburista.

    Clyde Puli qiegħed fuq quddiem għall-Partit Nazzjonalista u l-ġlieda għat-tieni siġġu se tkun bejn Ryan Callus u Peter Micallef. Il-kowta hawn hi ta’ 3,916.

    Is-seba’ distrett

    Lawrence Gonzi (7,260), għall-Partit Nazzjonalista u Ian Borg (4,186), għall-Partit Laburista kienu eletti mis-seba’ distrett. Hawn għall-Partit Laburista għadhom biċ-ċans Charles Buhagiar, Chris Cilia, Sandro Craus, Godfrey Farrugia u Gavin Gulia. Farrugia huwa l-favorit li jagħmilha. Fil-każ tal-Partit Nazzjonalista wieħed irid jara fejn se jmur il-wirt ta’ Lawrence Gonzi, għalkemm hu mistenni li jkun elett Joe Cassar. Il-kwota hawn hi ta’ 4,075.

    It-tmien distrett

    Beppe Fenech Adami (4,919), u Tonio Fenech (4,465), kienu eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq it-tmien distrett. Għall-Partit Laburista se jkun elett żgur Chris Cardona, bil-ġlieda għat-tieni siġġu tkun bejn Edward Zammit Lewis u Edward Scicluna. Zammit Lewis huwa xi ftit favorit. Hawn il-kwota hi ta’ 3,948.

    Id-disa’ distrett

    Simon Busuttil (6,672), kien elett mal-ewwel għadd minn fuq id-disa’ distrett. Għall-Partit Laburista fuq quddiem hemm Manuel Mallia, Leo Brincat u Michael Falzon. Hawn ikunu eletti żewġ kandidati f’isem il-Partit Laburista. Il-kwota hi ta’ 3,834.

    L-għaxar distrett

    George Pullicino (3,827), kien l-ewwel kandidat elett mill-Partit Nazzjonalista fuq l-għaxar distrett. Robert Arrigo jidher li se jkun elett għall-Partit Nazzjonalista fejn imbagħad huwa Francis Zammit Dimech il-favorit li jingħaqad miegħu. Għall-Partit Laburista fuq quddiem hemm Manuel Mallia, Evarist Bartolo u Michael Falzon. Mallia u Bartolo qegħdin fl-aħjar pożizzjoni li jkunu eletti. Il-kwota hi ta’ 3,679.

    Ħdax-il distrett

    Simon Busuttil kiseb 7,768 vot mal-ewwel għadd. B’hekk huwa elett f’isem il-Partit Nazzjonalista. Fuq distrett li l-kwota hi 4,097 jidher li għall-Partit Laburista se jkunu Tony Agius Decelis u Louis Grech li se jkunu eletti.

    It-tnax-il distrett

    Sa issa għadu ħadd ma kien elett minn dan id-distrett, Iżda, għall-Partit Laburista kollox jindika li se jkunu Michael Farrugia u Evarist Bartolo li jkunu eletti. Għall-Partit Nazzjonalista hemm Tonio Fenech, Michael Gonzi u Robert Cutajar fuq quddiem. Il-kwota hi ta’ 3,835.

    It-tlettax-il distrett

    Dan id-distrett ra lil Anton Refalo (5,264), ikunu eletti mal-ewwel għadd. Franco Mercieca (3,970), kien elett ukoll. Għall-Partit Nazzjonalista kienu eletti Giovanna Debono (4,756), u Chris Said (4,096),. Il-ħames siġġu għad mhux ċert fejn se jmur għalkemm jidher li l-Partit Nazzjonalista jista’ jidher xi ftit favorit li jirbħu permezz ta’ Frederic Azzopardi. Justyne Caruana hija l-kandidat li għadha fil-logħba f’isem il-Partit Laburista. Il-kwota hi ta’ 4,179.

    Ritratti: Charmaine Balzan

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 11

  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Ejja halli n-nehhu l-anqbud tan-nazzjonalisti nsara ipokriti li hemm fil-ministeri li ghamlu hafna u hafna hsara lil moviment taghna. Ejjew ha nuru li ahna team b'sahhtu. Viva 'l PL. Emanuel Farrugia former Executive Secretary Mtarfa Local Council

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Kif se naghmlu bil PBS ghax jien hasejt li lil gonzi u lil PN mil bierah ghal lum iktar taw prominenza lilom mil Prim Ministru gdid,u certu nies se jibqu hemm jitfu it tajn ?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Sakemm nibqgħu bl-anomalija li f'Għawdex jivvutaw xi 2500 elettur li attwalment huma residenti f'Malta u li fil-maġġoranza tagħhom huma Nazzjonalista, huwa diffiċli biex il-Partit Laburista jirbaħ dak id-distrett.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    nixtieq nifrah lill Justyne Caruana ghax vera taghmel xoghol siewi. Jien li nsegwi spiss it-trasmissjonijiet mill-parlament nista nghid li dejjem ghamlet interventi bis-sens u favur ic-cittadin Malti u specjalment Ghawdxi.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Kburi li jie

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    iccekjajtu fejn huma l ghaxar voti fuq it tlettax il distrett li ma gewx rikonciljajti instabux??

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Awguri Justyne Caruana,haqqa tkun fil-parlament.Mil-gdid AWGURI.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    GonziPN grazzi ghall Tonio ta' l-arloggi talqghu bil-habel taghhom stess ghaliex kieku kkontesta Joe Cordina li jiena cert kien igib num

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    sodisfazjon li Ghawdex ghandu 3deputati fil parliament.Dan juri fejn hi il qalb u ta min hu Ghawdex.Appell wiehed kulhadd jibs a ghal xulxin. Familja Xuereb Xaghra

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Ma nistax

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Tal-Misthija!! naqbel mal-kummenti ta Mamma Mia li proprju fis-sena 2013, ftahru tant bit-teknologija elettornika, u l-aggornament tal-Counts ma sarx b'dan il-mod. Il-process qed ikaxkar saqajh!!

    Irrispondi