Parlament b’ħafna uċuh ġodda

  • Mar 10, 2013 17:48
  • Miktub minn

    Il-leġislatura li jmiss se tkun waħda li tinkludi ħafna uċuh ġodda. Huma diversi l-kandidati li mistennija jagħmluha fil-parlament għall-ewwel darba.

    Anke jekk għandhom ma bdewx jingħaddu l-voti huwa evidenti li persuni bħal Simon Busuttil, Louis Grech, Manwel Mallia u Ian Borg se jkunu eletti għall-ewwel darba fil-parlament Malti.

    Indikazzjonijiet oħra juru kandidati bħal Franco Mercieca u Edward Zammit Lewis u Claudio Grech li wkoll jidher li kisbu ammonti sostanzjali ta’ voti.

    Jekk inħarsu lejn id-distretti wieħed wieħed naraw li fl-ewwel distrett Mario De Marco u Claudio Grech qegħdin fuq quddiem. Wieħed ma jistax jeskludi għal kollox lil Jean Pierre Farrugia. Louis Grech u Josè Herrera jinsabu fuq quddiem għall-Partit Laburista.

    Fit-tieni distrett huma l-mexxejja Joseph Muscat u Lawrence Gonzi li qegħdin fuq quddiem. Dan ifisser li wieħed irid jistenna l-voti tagħhom jibdew jintirtu biex ikun hemm idea ċara dwar kandidati oħra.

    Owen Bonnici huwa l-iktar kandidat b’saħħtu fuq it-tielet distrett. Numru kbir ta’ voti nkiseb ukoll minn George Vella għall-Partit Laburista, Mario Galea u Carmelo Mifsud Bonnici.

    Fir-raba’ distrett Muscat għandu eluf kbar ta’ voti, filwaqt li għall-Partit Nazzjonalista jispikka Jason Azzopardi.

    Karmenu Vella u Marlene Farrugia qegħdin fuq quddiem nett fil-ħames distrett fejn għandu x’jaqsam il-Partit Laburista. Għall-Partit Nazzjonalista hemm il-Perit Tony Bezzina u Jason Azzopardi.

    Marie Louise Coleiro Preca u Clyde Puli jkunu eletti żgur mis-sitt distrett. Mill-bqija hija missielta ħafna bejn il-kandidati l-oħra.

    Fis-seba’ distrett elettorali Lawrence Gonzi qiegħed fuq quddiem. Għall-Partit Laburista hemm Ian Borg. Sejrin tajjeb ukoll Godfrey Farrugia u Sandro Craus. Is-seba' distrett jista' jkollu ħames deputati ġodda.

    Fit-tmien distrett Tonio Fenech u Beppe Fenech Adami jidher li se jkunu eletti żgur għall-Partit Nazzjonalista u Chris Cardona u Edward Zammit Lewis għall-Partit Laburista.

    Fid-disa’ distrett Simon Busuttil kiseb ammonti kbar ta’ voti. Manuel Mallia u Leo Brincat qegħdin fuq quddiem nett għall-Partit Laburista.

    Fl-għaxar distrett George Pullicino jidher li għandu voti iktar minn Robert Arrigo, għalkemm it-tnejn għandhom voti sostnanzjali.

    Id-deputat mexxejja Simon Busuttil u Louis Grech għandhom jagħmluha mill-ħdax –il distrett. Anthony Agius Decelis ukoll għandu numru sabiħ ta’ voti.

    Fuq it-tnax –il dsitrett Tonio Fenech, Michael Gonzi u Robert Cutajar qegħdin fuq quddiem għall-Partit Nazzjonalista. Evarist Bartolo u Michael Farrugia sejrin tajjeb għall-Partit Laburista.

    Fit-13 –il distrett Giovanna Debono Chris Said sejrin tajjeb ħafna. Għall-Partit Laburista Anton Refalo. Franco Mercieca u Justyne Caruana għandhom ammont kbir ta’ voti wkoll.

    Ritratt: Charmaine Balzan

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    FRANCO MERCIECA WIEHED MILL-UCUH IL-GODDA. IL-POPLU GHAWDX

    Irrispondi