It-traffiku… meta se nsibu tarfu?

  • Ott 12, 2017 20:30
  • Miktub minn iNews

     

    Minkejja l-aħħar tentattivi biex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku, l-ilmenti komplew jinxterdu fuq is-siti u jidher li s-sitwazzjoni se tibqa' għaddejja. Fl-aħħar ġimgħat il-gvern beda l-inizjattiva li jwessa' it-toroq u jċekken xi roundabouts bit-tama li jtaffi xi ftit il-konġestjoni tat-traffiku li saret biċċa uġigħ ta' ras għal kulħadd.

    Taħsbu li hu sew li filgħodu mill-Mosta sa’ Birkirkara iddum aktar minn nofs siegħa?  Hi vijabbli li minn Haż-Żabbar sal-Marsa ddum nofsiegħa jew aktar?  Li toħroġ fis-7.15 a.m minn Birkirkara u ssib il-bypass iġġamjata u ma tasalx fil-ħin biex tmur għax-xogħol, ma tarawhiex inkwetant?  

    Imbagħad għandna lil dawk li jgħaddu mit-toroq imwarrbin biex jiffrankaw it-traffiku. Waħda minn dawn it-toroq hi t-triq li min Ħal Luqa tieħu lejn is-Siġġiewi. Tgħaddi minn Ħal Farrug u ta’ Kandja u jekk trid tista’ tibqa’ sejjer lejn ir-Rabat. Triq li issa minnha qed jgħaddi l-open buses.  Tistgħu timmaġinaw f’partijiet dojoq f’kummiedji tara b’karozzi mwaħħlin ma jistgħux jgħaddu. 

    Kif imbagħad tgħaddi din  tasal ħdejn Ħal Farruġ u hemmhekk għandek issib konġestjoni oħra. Kif tgħaddi minnha lanqas tilħaq tgħid amen, li ma tispiċċax imwaħħal ħdejn ir-residenza ta’ San Vinċenz de Paule u dan minkejja li hemm għamlu arranġamenti biex it-traffiku suppost jimxi aħjar.

    Qalb dawn l-ilmenti spikka appell li verament jagħmel sens li jgħid li biex ssolvi l-problema hemm bżonn ta' sistema fejn in-nies jiġu inċentivati biex jużaw it-trasport pubbliku bit-tama li jonqsu il-karozzi.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    Ajkla Xiha
    Ott 13, 2017

    L-investiment qawwi kellu jkun f'underground bhal bliet, ghax qatt ma se naslu. Il-pajjiz over populated diga. Irridu nonfqu flusna fi traspost taht l-art. Ihaffef, nehilsu mil-ingombru fit-toroq, nafif, bla xmux li jihirquk fis-sajf. Insomma - l-hemm

    Irrispondi
  •  

Facebook