FILMAT: "Mummy, mummy"... Jekk qatt ma emmint fil-paranormali ara dan il-filmat!

  • Ott 12, 2017 17:22
  • Miktub minn iNews

    Dan il-filmat xokkanti juri l-mument meta Rebecca Palmer spiċċat posseduta minn spirtu ta’ tifla. Fil-filmat tidher l-omm li hi u tħaddan magħha pupa antika u tal-biża’ tingħi u tokrob ripetutament “Mummy, mummy”.

    Hi kienet tinsab ma’ żewġha, raġel li jħobb ifittex l-ispirti, meta f’daqqa minnhom kellimha u hi baxxiet rasha daqslikieku kienet qiegħda tibża’ minnu. L-apparat użat f’dawn il-missjonijiet paranormali beda jimmarka attività u dan kien juri li fil-kamra kien hemm preżenza. Ir-raġel jipprova jikseb l-attenzjoni ta’ martu, iżda skont ma qal jidher li hu kien imbuttat minn xi ħadd li bħal ried jipproteġi lil martu akkost ta’ kollox.

    Rebecca ddeskriviet l-esperjenza tagħha bħala waħda xokkanti li fl-istess ħin għallmitha kemm dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu perikolużi. Hi ddeskriviet dak li ġara bħal ħolma li meta tqum minnha tiftakar biss biċċiet mingħajr ma tkun tista’ tifforma l-ħolma sħiħa. Qalet ukoll li bdiet tħossha verament debboli u li hija xi ħaġa stramba kif hi biss bdiet tħoss dik l-emozzjoni ta’ tifla mdejjqa li bħal qabdet magħha matul il-ħin kollu li damu fit-Teatru. 

    Il-koppja kienu mitlubin jinvestigaw dan it-Teatru f’Manchester, bħala parti mill-investigazzjoni paranormali, f’dik li titqies bħala binja li għandha aktar minn 100 sena.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook