Iż-żwieġ dulliegħa, jgħid il-Malti

  • Ott 12, 2017 13:42
  • Miktub minn iNews

     

    Il-Malti jgħid: ‘Iż-żwieġ dulliegħa’, li jfisser li żwieġ ma tafx jekk hux se jġiblek skoss ħlewwa jew xebgħa għawġ.

    Immaġina tkun qed issuq u tiltaqa’ ma’ mara tqila qed tiġbed kerettun u fuq il-kerettun hemm żewġha, iż-żewġ uliedha u l-kelb. Min jara xena bħal din jaf jgħid: ‘Dik qisha l-mara tiegħi. Hi ż-żiemel li tiġbed ’l familja ’l quddiem’. Però jaf hemm min jgħid: ‘Ma tarax, jien iż-żiemel, mela l-mara!’

    Din hi waħda minn għoxrin akkwarell li Paul Caruana qed jesebixxi sal-31 t’Ottubru fil-Palazz De Piro, l-Imdina. Ħinijiet tal-wiri huma bejn id-9.30a.m. u l-5.00p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa u bejn id-9.30a.m.u t-8.00p.m. is-Sibt u l-Ħadd. Caruana, tnebbaħ għal dix-xena mill-frażi Horse and marriage go together like a horse and carriage.

    “Meta kont qed inpinġi dan l-akkwarell staqsejt lili nnifsi: ‘Fiż-żwieġ, min jiġbed il-piż l-iktar, il-mara jew ir-raġel? Bla dubju dil-mistoqsija jista’ jkollha diversi tweġibiet li kollha jkunu tajbin. Imma hi mistoqsija li taf taqla’ diversi dibattiti jaħarqu. Kollox jiddependi min kif dak li jkun iħares lejn ħajtu,” qal Caruana.

    Fil-wirja fl-Imdina, imsejħa Ħrejjef ta’ Veru / Telltales, Caruana ħoloq sensiela ta’ episodji mill-ħajja ta’ kuljum li kull ma jmur qed josfru minn ħajjitna.

    Caruana kapaċi jinżel ifittex fil-minjiera tal-memorji ta’ ħajtu bikrija u jistedinna nittawlu lejn kif kienet il-ħajja ta’ tfulitu ġo Triq San Ġużepp, il-Belt kif ukoll fir-Rabat u l-Imdina fejn kienu joqogħdu qraba anzjani tiegħu. Fir-Rabat niltaqgħu man-nannu mlaqqam ‘Bufula’ jbigħ il-ħut fit-triq u ma’ mara tbigħ l-isfineġ li omm Paul kienet tixtrilu wara kedda b’tal-linja fl-Imdina. Episodji li joħduna daqs ħamsin sena lura fiż-żmien.

    “Dawn ix-xeni li pinġejt ġraw tassew imma jistgħu jitqiesu bħala ħrejjef minħabba li għadda tant żmien minn fuqhom u wieħed jinnota l-bidliet li ż-żmien ġab miegħu,” qal Caruana.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook