Sewwieq ta' mutur imut fiċ-Ċirkewwa

  • Mar 10, 2013 10:59
  • Miktub minn

    Illum, għal ħabta tal-09:50, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa triq fil-limiti taċ-Ċirkewwa, minħabba li kien seħħ inċident stradali.

    Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li vettura tal-għamla Mitsubishi L200 li kienet misjuqa minn raġel ta’ 64 sena residenti l-Mosta, u mutur tal-għamla BMW li kien misjuq minn raġel ta’ 60 sena, wkoll residenti l-Mosta, għal xi raguni kellhom impatt head-on.

    Sfortunatament, ir-raġel ta’ 60 sena tilef ħajtu u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Filwaqt li r-raġel ta’ 64 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.

    Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M Farrugia LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    very sad news , rest in peace brother

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    disgrazzja ohra...kondoljanzi lill familja tieghu..

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Rest in Peace biker.....xi dwejjaq ta ahbar.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Suggeriment lill gvern il-gdid biex jara li tkun varata kampanja ta' tghalim dwar sewqan prudenti u sewqan bis-sens, fejn wiehed ma jpoggijx lillu innifsu u l

    Irrispondi