DIRETT: Aktar minn 26,000 vot għal Muscat

  • Mar 10, 2013 07:53
  • Miktub minn

    23.01 Fuq it-tieni distrett Joseph Muscat kiseb 13,986 vot. Dan ifisser li fuq żewġ distrett Muscat kiseb 26,188 vot.

    22.43 L-għaqda tal-istudenti SDM fi stqarrija awguraw lil Joseph Muscat u l-Partit Laburista għar-rebħa elettorali. L-SDM qalu li huma kuntenta li l-edukazzjoni kienet punt importanti fil-kampanja elettorali u qalu li jisperaw li din tibqa' prijorità fis-snin li ġejjin.

    L-SDM tinsab kuntenta wkoll bl-ammont kbir ta' nies li marru jivvutaw u għal mod li bih tmexxiet l-elezzjoni. L-SDM awguraw lill-kandidati kollha eletti, kif ukoll irringrazzjaw lill-voluntieri kollha u l-kandidati li ma telgħux għall-ħidma tagħhom.

    22.27 Fuq l-ewwel distrett Louis Grech kiseb 5,626 vot.

    22.25 Fi ftit tal-minuti oħra mistennija jkunu eletti mal-ewwel għadd tal-voti għall-Partit Laburista Silvio Schembri minn fuq is-sitt distrett u d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Louis Grech fuq l-ewwel distrett.

    22.18 Hekk kif bdew jingħadu l-voti tal-Partit Nazzjonalista fuq it-13-il distrett, kien hemm l-ewwel persuna eletta mill-PN, Giovanna Debono kisbet 4,715 vot.

    21.46 Fuq is-seba' distrett kien elett mal-ewwel għadd Ian Borg b'4,176.

    21.20 Iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra ta' Prim Ministru se ssir għada fil-11.00.

    21.16 Marie Louise Coleiro Preca tikseb 6,108 voti fl-ewwel għadd fuq is-sitt distrett.

    21.15 Il-Konfederazzjoni tat-trade unjins Maltin is-CMTU fi stqarrija tat l-awgurju tagħha lil Joseph Muscat u l-Partit Laburista għar-rebħa elettorali. Fl-istqarrija il-President tas-CMTU, William Portelli, qal li s-CMTU u l-affiljati tagħhom jawguraw l-isbaħ xewqat lil Prim Ministru l-ġdid u qal li se jagħtu l-appoġġ kollu tagħhom biex il-gvern ġdid jaħdem għall-istabbilità u għall-ġid nazzjonali.

    20.35: Huma 12,202 il-voti tal-ewwel preferenza li kiseb Muscat fuq ir-raba' distrett.

    20.18: Qegħdin jingħaddu l-ewwel preferenzi ta' Joseph Muscat fuq ir-raba' distrett elettorali. Kif mistenni, Joseph Muscat kiseb ammont enormi tal-ewwel preferenzi.

    19.59: Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil iddikjara li l-ġimgħa d-dieħla jirriżenja mill-Parlament Ewropew. Mistoqsi dwar il-kariga ta' viċi-kap qal li bl-istatut din taqa' awtomatikament li għalhekk iridu jinfetħu n-nomini. Intant, mistoqsi dwar il-futur tiegħu saħaq li dan huwa żmien ta' riflessjoni. Ma kkummentax jekk hux se jkun qiegħed jikkontesta t-tmexxija tal-partit. Intant, Anton Refalo kien elett bħala deputat fuq Għawdex b'5,261.

    19.45: Chris Cardona jidher li huwa t-tieni kandidat elett meta kiseb 3,876. Għalkemm ma ħarġitx uffiċjalment jidher li dan in-numru jaqbeż il-kwota.

    19.42: Fis-sala tal-għadd tal-voti, l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qiegħed idur l-aġenti tal-Partit Nazzjonalista.

    19.31: F'paketti ta' ħamsin qegħdin jinġabru l-voti ta' Chris Cardona. Jidher ċar li l-avukat Cardona għandu jkun l-ewwel deputat elett mit-tmien distrett. Il-voti tiegħu jingħaddu fi ftit minuti.

    18.55: Miltub jikkummenta dwar ir-riżultat elettorali l-eks Ministru Nazzjonalista Austin Gatt qal li mhux se jagħti kummenti għax illum irtirat. Għannaq lil ibnu u qal li lilu biss jagħti kummenti.

    18.45: It-tabib Franco Mercieca huwa l-ewwel kandidat elett b'3,969. Mercieca kien elett fuq it-tlettax-il distrett. Mercieca qal li issa "għandu responsabbiltà kbira" u żied li ma kienx qiegħed jistenna dan l-appoġġ. Dan ir-riżultat ifisser li d-deputat Justyne Caruana tista' titlef il-post tagħha fil-parlament. Dan sakemm il-Partit Laburista ma jirbaħx siġġu ieħor fuq Għawdex. Caruana kisbet 2,757 vot mal-ewwel għadd.

    18.06: Fuq il-Fosos tal-Floriana Joseph Muscat emfasizza messaġġ ta' għaqda. Dan quddiem eluf kbar ta' partitarji laburisti. Sostna li llum ma niżlitx bandiera blu biex titla' waħda ħamra iżda telgħet il-bandiera tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Intant, ħabbar li l-Partit Laburista se jiċċelebra r-rebħa b'mass meeting nhar is-Sibt li ġej fuq il-Fosos tal-Floriana.

    17.55: Il-Partit Soċjalista Ewropea laqa' b'ferħ l-aħbar li l-Partit Laburista rebaħ din l-elezzjoni u qal li Malta ngħaqdet mal-bidla li għaddejja fl-Ewropa.

    Intant, ta' min jinnota li l-Alternattiva Demokratika kisbet wieħed mill-aħjar riżultati.

    17.53: Il-Prim Ministru elett Joseph Muscat wasal issa fuq il-fosos tal-Floriana biex ikellem lill-eluf ta' persuni li nġabru. Tistgħu ssegwu dan b'mod dirett fil-homepage ta' inewsmalta.com.

    17.52: Jidher li l-Parlament se jkun kompost minn 38 deputat għall-Partit Laburista u 29 għall-Partit Nazzjonalista. Dan se jkun parlament b'ħafna uċuh ġodda.

    16.46 Hekk kif il-Prim Ministru elett Joseph Muscat indirizza l-folla li nġabret quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, Muscat qal li llum ix-xemx ma sebħitx għal nofs Malta imma għal Malta kollha għax Malta hi tagħna lkoll. "Inħossni mċekken quddiem din ir-responsabbiltà u nwiegħed li se naħdem b'saħħti kollha biex ħadd ma jħossu barrani f'pajjiżu. Dak li kkampanjana għalih aħna verament nemmnuh. Dan se jkun gvern spalla ma' spalla man-nies," qal Muscat. "Tista' ma taqbilx magħna imma tista' taħdem magħna," temm jgħid Muscat.

    16.02: Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Josè Manuel Barroso awgura lill-Prim Ministru l-ġdid ta' Malta. Qal li Muscat jista' jorbot fuq l-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea.

    15.14: Issa żar ukoll is-sala tal-għadd tal-voti l-Prim Ministru Lawrence Gonzi li qiegħed idur lill-voluntiera u l-aġenti tal-Partit Nazzjonalista.

    14.55 Intant mijiet kbar ta' nies qegħdin jinġabru fuq il-Fosos tal-Furjana fejn aktar tard illum mistenni jindirizza mass meeting il-Mexxej Laburista u Prim Ministru elett Joseph Muscat.

    14.30 Fl-ewwel kumment li ta' Muscat mis-sala tal-għadd tal-voti qal li hu f'dawn l-aħħar ħames snin ħadem tajjeb ma' Lawrence Gonzi u rringrazzjah għall-ħidma tiegħu. Muscat qal li issa wieħed irid jara meta se jinħatar il-Parlament ta' din il-leġislatura. Huwa qal li l-Parlament ma jistax idum ħafna biex jibda jaħdem hekk kif sal-aħħar ta' April jrid ikun hemm baġit approvat.

    14.12 Fis-sala tal-għadd tal-voti għadu kemm wasal il-Prim Ministru elett Joseph Muscat. Muscat ġie milqugħ b'ċapċip filwaqt li ma naqsitx l-għajta "Tagħna Lkoll."

    13.52 Bħalissa fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar hawn stennija għall-Prim Ministru elett Joseph Muscat, hekk kif mistenni jasal fil-minuti li ġejjin. Intant il-garżelli bdew jagħtu l-ewwel indikazzjonijiet, fejn jidher li jista' jkollna Parlament b'numru ta' uċuh ġodda. Fil-fatt hemm numru ta' kandidati li kkontestaw l-elezzjoni għall-ewwel darba li jidher li għandhom numru ta' voti mhux ħażin fil-garżelli tagħhom.

    13.33 Il-Kap tal-partit Nazzjonalista jgħid li se jwarrab.

    13.03 Intant folol kbar ta' nies qegħdin jinġabru quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.

    12.28 Id-Dipartiment tal-Informazzjoni tellgħu l-bijografija tal-Prim Ministru elett Joseph Muscat fuq is-sit ta' facebook tagħhom.

    12.41 Hekk kif jixhed dan ir-ritratt anke l-eks deputat Nazzjonalista Franco Debono feraħ b'din ir-rebħa kbira Laburista hekk kif jidher jiċċelebra fuq l-ispallejn tal-partitarji Laburisti.

    12:38 Il-Partit Laburista mistenni kiseb ir-raba' siġġu fuq ir-raba' distrett, id-distrett ta' Raħal Ġdid.

    12.19 Il-Partit Laburista rebaħ it-tnax-il distrett u l-ħames distrett u aktarx anke t-tlettax-il distrett, id-distrett ta' Għawdex.

    12.14 Bil-għan li jkollu l-partitarji miġbura f'post wieħed jidher li l-Partit Laburista se jorganizza attività tal-massa fuq il-Fosos fis-sigħat li ġejjin. Nistennew li Joseph Muscat iżur is-sala tal-għadd tal-voti fil-ħin li ġej.

    12.11 Skont dak li qed ikun irrapurtat mill-midja Nazzjonalista, il-Partit Laburista kiseb maġġoranza ta' disa' siġġijiet, filwaqt li qegħdin jgħidu li d-distakk bejn iż-żewġ partiti huwa ta' 36,000 vot.

    11.58 "The Maltese people have decided that we are to serve from the Opposition. I accept this decision. This is the democracy we firmly believe in. And in democracy, it's always the people who win." - L. Gonzi. Dan huwa messaġġ li ħafna persuni qegħdin jirċievi f'dan il-ħin mill-Partit Nazzjonalista. Intant Lawrence Gonzi se jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fis-13.00. Din il-konferenza tal-aħbarijiet se tixxandar ukoll live fuq inewsmalta.com.

    11.47: Fl-ewwel kummenti tiegħu wara r-riżultat il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista ikkampnanja bħala moviment u se jmexxi bħala moviment. "Jidher ċar li l-poplu ta' mandat lill Partit Laburista u lill- Moviment biex mexxi lil pajjiżna. Lawrence Gonzi ċempilli u wera li l-PN għandhom l-istess indikazzjonijiet," qal Muscat li żied li l-Partit Laburista se jkun gvern umli.

    11.45 L-ewwel indikazzjonijiet juri li l-Partit Laburista kiseb 55 fil-mija tal-voti mitfugħa, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 44 fil-mija.

    11.41 Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi kkonċeda t-telfa tant li diġà ċempel lil Joseph Muscat. Jidher li l-maġġoranza miksuba mill-Partit Laburista hija waħda kbira.

    11.40: IL-POPLU GĦAŻEL IL-BIDLA

    11.10 Bħalissa t-tensjoni fis-sala tal-għadd tal-voti tinsab fl-aqwa tagħha hekk kif beda l-proċess li permezz tiegħu l-karti tal-voti qegħdin jitpoġġew fil-garżelli tal-kandidati.

    11.04: Intant fis-sala tal-għadd tal-voti wasal ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo. Fuq il-mejda tal-Partit Nazzjonalista fost dawk preżenti hemm Paul Borg Olivier, Joe Saliba u Austin Gatt.

    10.55: Il-mument tal-verità issa huwa aktar fil-qrib. Kollox lest biex f'inqas minn għaxar minuti oħra jibdew jintefgħu l-voti fil-karżelli tal-kandidati. Dan jagħmilha possibbli biex l-agenti tal-partiti, li issa ħonqu s-sala tal-għadd tal-voti, jimmarkaw fejn ikunu sejrin l-ewwel preferenzi.

    09.54: Is-sorting fuq id-distretti kollha huwa lest. Madankollu jidher li kif kien mifthiem mill-partiti politiċi, xorta l-għadd tal-voti mhux se jibda qabel il-ħdax.

    09.42: Huwa stmat li għall-ħabta tal-ħdax, meta l-proċess jidħol fl-eqqel tiegħu, ikun hemm madwar elf ruħ wara l-perspex isegwu l-proċess. Dan bejn aġenti tal-partiti, uffiċjali tas-sigurtà, pulizija u midja.

    09.10: Il-proċess miexi b'ritmu tajjeb ħafna. Sal-għaxra jaf ikun sar is-sorting kollu. Jekk dan ikun il-każ il-proċess fejn il-voti jintefgħu fil-garżelli xorta waħda ma jibdiex qabel il-ħdax.

    08.58: Kurżita ċkejkna. Fis-sala tal-għadd tal-voti n-numru tlettax jiġi qabel it-tnax. Għaliex? Dan peress li t-tlettax huwa d-distrett ta Għawdex u l-kaxxi jaf jaslu tard. B’hekk il-mejda tlettax tkun bejn it-tnax u l-ħdax għal li jista’ jinqala’ l-bżonn ta’ għajnuna.

    Spjega dan ma' inewsmalta.com, Louis Gatt, Kap tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista. Gatt indika li l-proċess miexi b'ritmu tajjeb u jekk dan huwa l-każ ikun ifisser li fil-ħdax jibdew ikunu mitfugħa l-voti fil-garżelli tal-kandidati.

    Intant, Nazzareno Bonnici l-kandidat indipendenti wkoll jinsab fil-'counting hall'. Bil-beritta bil-kelma KING fuq rasu, qiegħed jirrakkonta dwar il-kampanja elettorali li kellu u anke jitkellem mal-ġurnalisti.

    07.58: Fis-sala tal-għadd tal-voti, in-Naxxar, issa bdiet tiżdied mhux ftit l-attività. Il-‘kwartiieri’ tal-partiti fin-Naxxar issa huma mimlija bl-aġenti li minn hawn u ftit ieħor se jkunu qegħdin wara l-‘perspex’ jimmarkaw l-ewwel preferenzi.

    Issa kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika u twemmin ieħor dwar x’jista jkun ir-riżultat jibda jsir dejjem iktar irrelevanti u fuq wiċċ l-aġenti tal-partiti tispikka ċertu tensjoni. Il-kelma "X'taħseb" hija l-iktar kelma komuni bħalissa Bejn tazza kafe u oħra u xi nifs ta’ sigarett fil-post fejn jinġabru dawn l-aġenti d-diskussjoni ma tonqosx. Kulħadd jipprova jagħti l-interpretazzjoni tiegħu ta’ ċifri ppubblikati lbieraħ mill-Kummissjoni Elettorali. Intant, il-proċess elettorali jidher li miexi b’mod normali u għalhekk nistennew li ftit wara l-ħdax jibdew joħorġu l-ewwel indikazzjonijiet ta’ min rebaħ l-elezzjoni.

    inewsmalta.com se jkun qiegħed iżomm il-qarrejja aġġornati kontinwament bl-aħħar informazzjoni.

    Ritratti u Filmati: Charles Marsh u Charmaine Balzan

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 30

  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Kif jidhru l-affarijiet il-PN diga hadha l-indikkazzjoni kif ukoll il-PL. Jidher li l-PN se'jkunu ttelliefa ghax dawk li ma'vutawx huma zgur minn taghhom meta tal-PL kienu tant herqana l-bidla.Barra minn d

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Ejja poplu Malti halli titla x-xemx fuqek u timtela b'sens sodisfazzjon li taf li se jkun hemm min se jkun qed jirsisti ghal poplu kollu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    nawgura tkaxkira kbira lil PN ha tieqaf din id dittatura li nholqot

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    L-Ghodwa t-tajba Malta. Wiehed zgur jaf li qomt dalghodu bi tbissima kuntenta ghax ga kont taf ir-resultat. Int issa nfdejt mill-origalkija u l-klikka tal-hazen. Futur sabieh jidher quddiemek taht it-tmexxija u l-gwida ta' Dr Joseph Muscat.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Fejn qeghdin l-ipokriti nsara li fl-1987 riedu jnehhu l-anqbud mid-Depot tal-Pulizija? Purcinelli, Kristjani ipokriti u oqbra mbajda. Emanuel Farrugia - TARXIE

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Is- sewwa jirbah zgur, l-ajta ta GonziPN id -ditatur.Ejdilna min hu l-HAZIN issa ditatur.Tajtu rebha facli lil PL irrangajtom lin nazjonalisti ditatur bla sahha.Ma tibqax tejd li ahna nies hzina .

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    jien ghatilkom li sa nivota PL kiff ghamlu hafna li uma konta lemigrasjoni ilegali

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    GonziPN jrid jkun j

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Bniedem gharef darba qal: Nirbhu din u 20 sena ohra zgur, il-lum 10 ta' Marzu 2013, ghaddu jahseba hekk?????

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Loo, DCG u il-bella kumpanija li uri

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Alerwieh kollha u ta kullhadd fl'ahhar ghadiet u ghadiet bil kbir. VIVA MALTA TGHANA LKOLL PAJJIZNA REGA LURA GHAND IL MALTIN. GRAZZI

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Ejja ghax issa wasal iz-zmien u hemm bzonn jigu mnaddfa 'l ministeri mill-ipokriti ta' nies li hemm fihom. Keep it up PL. Emanuel Farrugia - TARXIE

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Sewwa kien jghid Gonzi.......li ssewwa jirbah zgur!!! u rebah il-PL!! Malta taghna lkoll!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    prosit lil prim ministru l gdid tal maltin u i ghawdxin kollha tal kampanja li ghamel nadifa mhux bhal kap ta l opozizzjoni dr gonzi ghax hlief tajn ma tefax il poplu tak risposta dr gonzi min kien fid direzzjoni tajba viva malta taghna lkoll

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Ghal gherwieh sa flahar il jum misteni wasal u hli

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Issa sejrin niehdu n-nifs ahna s-socjalisti. Xbajna mahkuma minn dawn in-nazzjonalisti kristjani ipokriti, li jahsbu li ghamlu Malta

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Wisq nibza li Malta dalwat nispiccaw bhal Cipru :(

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Arriva Gatt din xi photo finish bhal 1996? Alla jbierek sar miraklu ma' Ernest ghax rajtu jimxi qisu mhux hu vicin il-padrino.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    BIZA, ghandek choice, jekk trid tista temigra.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Ghax miskin dak ghadu bl-impressjoni li se jirbah din l-elezzjoni, u ta' warajha, u ta' warajha, u ta' warajha. Austin kien wahda mir-ragunijiet li vvotajt Labour din id-darba. Morru ghamlu ezami tal-kuxjenza ghax difficli tqumu minnha din.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    @ BIZA mur stahba izda qabel ghasar erba lumijiet u ixrobhom man.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    @biza. Mur strieh siehbi u tibqax tohlom. Li qed tara u tisma huwa veru u mhux holma. Jien wisq nibza li l-PN spicca bhal Cipru. Imdamdam.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Malta se jkolla gvern verament ta kulhadd ghax Joseph Muscat se jwettaq dak li wieghed. Grazzi lil kull min ivvota ghal partit Laburista biex hekk se jkollna gvern tal - Maltin u l-Ghawdxin kollha.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Ghall-erwieh hlisna minn Gonzi li li kieku baqa hu Malta kient tispicca bhal Grecja, Irlanda l-Italja u Cipru f'salt! Fil-fatt Malta taht Gonzi giet dekassifikata BB+ daqs l-Italja u l-Irlanda!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Nisp[era li Dr J.Muscat iressaq mil aktar fij

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Liberté, égalité, fraternité are main believes in France. I wish to con

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Floating voter : Niextieq nifrah min qalbi Lil Joseph Muscat u lil partit Kollu ghar rebha kbira li ghamel , proset . Nixt

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    THANK GOD ALMIGHTY. Il-gurnata tajba lil kulhadd.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Arja ta' solljev ghaddej

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Hemm wisq affarijiet x'wiehed ghandu jghamel, AUDIT shih tal ministeri wiehed wiehed u naslu kullimkien nittama li kulhadd jirrispondi ghal xogholu specjalment dawn l-ahh

    Irrispondi
  •  

Facebook