Ġuvni jsofri feriti gravi f'aċċident f'Raħal Ġdid

  • Mar 09, 2013 23:31
  • Miktub minn

    Illum, għal ħabta tat-14:45, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Għajn Dwieli, Paola, minħabba li kien seħħ inċident stradali.

    Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarrig prelimimari rriżulta li raġel ta’ 58 sena, residenti Bormla, waqt li kien qiegħed isuq vettura tal-għamla Peugeot 306, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura. Konsegwenza t’hekk, il-vettura laqtet il-bankina, kellha impatt ma’ arblu tad-dawl u wara ma’ ħajt.

    Flimkien max-xufier kien hemm ukoll tliet passiġġiera – żewġ ġuvintur ta’ 18-il sena u 20 sena u kif ukoll tfajla ta’ 15-il sena, kollha residenti Bormla. Fuq il-post issejħu wkoll il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ghall-assistenza.

    It-tliet żgħażagħ ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ Ambulanza għall-kura meħtieġa. Ir-raġel ta’ 58 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.

    Iktar tard, il-ġuvni ta’ 18-il sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt, filwaqt li t-tfajla ta’ 15-il sena kienet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.

    Il-ġuvni ta’ 20 sena għadu qiegħed jiġi invistat mit-tobba. Informazzjoni rigward il-kundizzjoni medika tiegħu se tingħata iktar ‘il quddiem.

    Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq dan il-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0