Min se jkun il-Papa li jmiss?

  • Mar 09, 2013 15:58
  • Miktub minn

    Hekk kif ilbieraħ sar magħruf li l-Konklavi se jibda nhar it-Tlieta ma setax jonqos li aktar kardinali bdew jissemmew fost il-favoriti li wieħed minnhom aktar tard il-ġimgħa d-dieħla jista' jsir Papa.

    Se nagħtu ħarsa lejn dawk l-aktar għaxar kardinali li qegħdin jissemmew li fil-jiem li ġej wieħed minnhom jista' jġorr fuq spallejh il-piż tal-knisja Kattolika.

    Joao Braz de Aviz

    Aviz huwa kardinal Brażiljan li twieled fl-1947. Huwa studja fl-Università Pontifikali Gregorjana u Laterana ta' Ruma. Aviz sar kardinal fl-2012 u bħalissa jokkupa l-kariga ta' Arċisqof ta' Brasilia. Fil-ħidmiet tiegħu klerikali dejjem iffokka fuq il-faqar.

    Timothy Dolan

    Dolan li huwa l-Arċisqof ta' New York twieled fl-1950 f'St. Louis, Missouri, l-Amerka. Huwa għandu PhD fl-istorja tal-Knisja u kien anke rettur fin-North American College ta' Ruma. Fl-2012 Dolan kien imniżżel fil-lista tal-aktar mitt persuna influwenti skont it-Time magazine. Li hemm favur Dolan hu li huwa meqjus bħala kardinal konservattiv u kariżmatiku. Min-naħa l-oħra l-fatt li hu Amerikan u li ma jitkellimx bit-Taljan jistgħu jkunu kontrih.

    Marc Ouellet

    Ouellet huwa l-Arċisqof ta' Quebec fil-Kanada. Huwa twieled fl-1944 u għallem f'diversi seminarji madwar il-Colombia u l-Kanada. Favur Ouellet hemm il-fatt li hu meqjus bħala intelletwali kbir, li jaf sew il-Kurja u li għandu reputazzjoni tajba ħafna fl-Amerika Latina. Min-naħa l-oħra huwa nieqes mill-kariżma u ddeskrieva x-xogħol ta' Papa bħala “ħolma kerha” (nightmare),.

    Gianfranco Ravasi

    Ravasi huwa l-President tal-Kunsill Pontifikali għall-Kultura. Huwa twieled fl-1942 f'Lecco l-Italja. Ravasi kien strumentali biex l-iskrittura issir aktar popolari billi uża l-midja Taljana biex iwassal il-messaġġ tiegħu. Il-fatt li jmur tajjeb ħafna mal-midja, li hu studjuż Taljan u li kien imfaħħar kemm il-darba mill-Papa Benedittu XVI dwar il-mod ta' kif jgħallem huma kollha ta' vantaġġ għar-Ravasi. Kontrih min-naħa l-oħra hemm il-fatt li m'għandux esperjenza pastorali, li m'għandux rabtiet mal-Kurja u jinsab wisq viċin fil-ħsieb ta' dak li jaħseb il-Papa Benedittu XVI.

    Leonardo Sandri

    Sandri huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Knejjes tal-Lvant fil-Vatikan. Huwa twieled fl-1943 fl-Arġentina lill-ġenituri Taljani. Bejn l-2000 u l-2007 serva bħala l-Kap tal-ħaddiema tal-Vatikan. Sandri jitkellem bl-Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Taljan u Spanjol.

    Sandri huwa persuna li ħadem ħafna biex ikun hemm rabta bejn il-knisja tal-passat u dik tal-lum, huwa diplomatiku popolari u huwa magħruf ħafna fil-Kurja tal-Vatikan, anke permezz tal-ħidma li għamel qrib Ġwanni Pawlu II. Kontrih Sandri għandu l-fatt li m'għandux esperjenza pastorali tant li qatt ma kien isqof djoċesan.

    Odilo Scherer

    Scherer huwa l-Arċisqof ta' Sao Paulo fil-Brażil. Huwa twieled fl-1949 f'Cerro Lago Brażil. Għandu dottorat fit-teoloġija. Huwa jmexxi l-akbar djoċesi fl-akbar pajjiż kattoliku tad-dinja. Scherer għandu l-fama ta' persuna moderna li madankollu jmexxi b'mod tradizzjonali. Min-naħa l-oħra Scherer huwa nieqes mill-kariżma.

    Christoph Schoenborn

    Schoenborn huwa Arċisqof ta' Vjenna. Huwa twieled fl-1945 u huwa t-tifel ta' konti mill-Bohemia. Huwa tkellem ħafna favur riformi fil-knisja u huwa rispetat mil-Lhud, Musulmani, Ortodossi u Kristjani. Min-naħa l-oħra Schoenborn m'għandux għarfien tal-Kurja. Huwa tkellem ħafna kontra l-abbużi sesswali mill-kleru.

    Angelo Scola

    Scola huwa l-Arċisqof ta' Milan u għandu ditatorjat fil-filosofija u teoloġija Kristjana. Il-gazzetti Taljani rreferew għalih bħala l-prinċep tal-kuruna tal-Kattoliċiżmu. Ħafna qed jaraw fi Scola lil Ratzinger b'dik il-laqta' aktar umana. Huwa ilu fix-xena ħafna u jidher li hu kandidat ta' kontinwità avvolja hemm bżonn ta' bidla.

    Luis Tagle

    Tagle huwa Arċisqof ta' Manila. Twieled fl-1957 fil-Filippini. Huwa għandu reputazzjoni li hu raġel tal-poplu. Huwa sar Kardinal f'Novembru 2012 u serva fil-Kummissjoni Internazzjonali tat-Teoloġija. Tagle huwa meqjus bħala l-favorit fost il-kardinali mill-Asja. Huwa għandu karattru b'saħħtu, kariżmatiku u jaf jikkomunika. Min-naħa l-oħra fuqu ħafna jgħidu li għandu wisq żgħir u li m'għandux esperjenza, barra mill-fatt li m'għandux esperjenza tal-Kurja.

    Peter Turkson

    Turkson huwa Arċisqof ta' Cape Coast, huwa wkoll is-segretarju ġenerali tas-Sinodu għall-Afrikani. Huwa twieled fl-1948 fil-Ghana tal-Punent huwa attenda s-seminarju ta' New York. Huwa kien l-ewwel Kardinal mill-Ghana u huwa meqjus bħala moderat. Turkson huwa l-aktar kardinal favorit mill-kontinent tal-Afrika. Huwa magħruf bħala bniedem li jaqa' fil-livell tan-nies, min-naħa l-oħra huwa magħruf bħala liberali wisq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0