Jiftħu l-postijiet tal-votazzjoni

  • Mar 09, 2013 07:00
  • Miktub minn

    Hekk kif daqqu s-7.00 ta' filgħodu madwar Malta u Għawdex kollha għadhom kemm fetħu l-postijiet tal-votazzjoni.

    F'din l-elezzjoni ġenerali se jkun hemm 4,850 assistenti kummissjonarji elettorali, 1,293 staff li se jkunu qed

    jgħoddu l-voti, 700 kaxxa tal-voti, waqt li se jkun hemm 116 post tal-votazzjoni. Is-700 kaxxa tal-voti se jkunu imqassmin hekk: 609 fid-distretti u 91 kaxxa oħra għal dawk li vvutaw qabel minħabba safar, għall-AEC's, fir-residenza San Vinċenz de Paule, fl-Isptar Mater Dei, fl-isptar Karin Grech, fl-isptar Monte Carmeli u fl-isptar t'Għawdex. Kull sezzjoni minn dawn se jkollha 13-il kaxxa tal-vot. It-tlettax-il distrett - li hu d-distrett t'Għawdex għandu l-akbar ammont ta' kaxxi tal-voti b'sittin. Wara jiġu l-ewwel distrett u s-sitt distrett b'57 kaxxa, u jsegwu wara is-seba' u l-ħdax-il distrett b'55 kaxxa. L-għaxar distrett u t-tnax il-distrett għandhom l-inqas ammont ta' kaxxi b'51 kaxxa rispettivament.

    Fost dawk li jsegwu b'interess l-elezzjonijiet ġenerali, għal din l-elezzjoni ġenerali hemm stennija dwar kemm se jintefgħu voti, jew aħjar kemm se jkun l-ammont ta' persuni li ma jmorrux jivvutaw.

    Dan għax l-aħħar elezzjoni ġenerali, kienet l-aktar elezzjoni ġenerali mill-aħħar tmienja li saru, li kellha l-akbar ammont ta' voti mhux mitfugħin, fejn il-persentaġġ tal-voti mitfugħin bħala persentaġġ tal-votanti reġistrati kien ta' 93.3 fil-mija. It-tmien elezzjonijiet ta' qabel kollha kellhom persentaġġ għola. Kienet l-elezzjoni tal-1971, li kellha persentaġġ inqas ta' voti mitfugħa. Wara li fl-elezzjoni tal-1987, 1992 u 1996, il-voti mitfugħin kien ta' aktar minn 96 fil-mija, fiż-żewġ elezzjonijiet ta' wara dawn naqsu għal 95 fil-mija f'dawk li huma voti mitfugħin.

    Fl-aħħar elezzjoni kien hemm ukoll l-inqas persentaġġ fl-aħħar tmien elezzjonijiet ġenerali f'dawk li huma l-voti validi meta mqabblin mal-votanti reġistrati. Waqt li fl-elezzjoni ta' qabel, il-voti validi bħala persentaġġ tal-votanti reġistrati kien ikun ta' 94 fil-mija jew aktar, fis-sena 2008 dan kien ta' 92 fil-mija.

    Ritratti u Filmati: Aleander Balzan

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0