ILLUM MALTA TAGĦŻEL GVERN ĠDID

  • Mar 08, 2013 19:26
  • Miktub minn

    Illum il-poplu Malti huwa msejjaħ biex jagħżel gvern ġdid. Iktar minn 330,000 votant għandhom fuq spallejhom ir-responsabbiltà li jiddeċiedu min se jkun il-Prim Ministru ta' pajjiżna għal ħames snin li ġejjin u min se jkunu ir-rappreżentanti fil-Parlament għat-12-il Leġislatura mill-Indipendenza 'l hawn.

    Dan wara waħda mill-itwal kampanji elettorali fl-istorja ta' pajjiżna. Kampanja elettorali li rat liż-żewġ partiti ewlenin jressqu, għal jum wara l-ieħor, il-proposti tagħhom. Ovvjament ma naqsux il-kritika u tfigħ ta' tajn.

    Intant fejn jidħlu l-voti mhux miġbura naraw li fl-Ewwel Distrett kompost mill-Belt, Furjana, Ħamrun, Marsa (żona Maria Reġina),, Pietà, Gwardamangia, Santa Venera (żona tal-parroċċa), kien hemm 476 vot li ma nġabrux jew 1.9 fil-mija.

    Fit-Tieni Distrett, kompost mill-Birgu, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Kalkara u x-Xgħajra, kien hemm 307 vot mhux miġburin jew 1.2 fil-mija.

    Fit-Tielet Distrett, magħmul miż-Żejtun, il-Fgura (żona tal-Liedna), u Wied il-Għajn, kien hemm 383 vot mhux miġburin jew 1.5 fil-mija. Ir-Raba' Distrett, li jiġbor fih il-Gudja, Ħal Għaxaq, il-Marsa (ħdejn it-Trinità),, Raħal Ġdid, Santa Luċija, il-Fgura (ħdejn il-Mater Bon Consigli),, Tarxien, kien hemm 289 vot mhux miġburin - 1.2 fil-mija.

    Jekk nieħdu l-Ħames Distrett, kien hemm 327 vot li ma nġabrux jew 1.3 fil-mija. Dan id-distrett hu kompost minn Birżebbuġa, Ħal Kirkop, Marsaxlokk, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi, iż-Żurrieq u Bubaqra.

    Fis-Sitt Distrett kien hemm 278 vot li ma nġabrux jew 1.1 fil-mija. Dan id-distrett hu ffurmat minn Ħal Qormi, is-Siġġiewi, Ħal Luqa u Ħal Farruġ.

    Fis-Seba' Distrett, li jiġbor fih lil Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imdina, l-Imtarfa, ir-Rabat, Baħrija u Tal-Virtù, kien hemm 287 vot li ma nġabrux. Dan jammonta għal 1.1 fil-mija.

    Fir-rigward tat-Tmien Distrett, kien hemm 341 vot li ma nġabrux, jew 1.3 fil-mija. Dan id-distrett jiġbor fih lil Birkirkara, Fleur de Lys, Swatar, Iklin, Ħal Lija, Naxxar (iż-żona tas-Simblija), u parti minn Santa Venera.

    Jekk nieħdu d-Disa' Distrett naraw li hemm 620 vot li ma nġabrux jew 2.5 fil-mija. Dan id-distrett jiġbor fih il-Għargħur, l-Imsida, parti mis-Swatar, San Ġwann, il-Kappara, l-Ibraġġ, is-Swieqi, il-Madliena u Ta' Xbiex.

    Fejn jirrigwarda l-Għaxar Distrett naraw li kien hemm 900 vot li ma nġabrux jew 3.6 fil-mija. Dan id-distrett hu kompost mill-Gżira, Pembroke, San Ġiljan, Paceville u Tas-Sliema.

    Fil-Ħdax-il Distrett kien hemm 421 vot li ma nġabrux jew 1.6 fil-mija. F'dan id-distrett jivvutaw dawk li huma residenti f'Ħ'Attard, Ħal Balzan u l-Mosta.

    Għat-Tnax-il Distrett kien hemm 1,167 vot li ma nġabarx jew 4.5 fil-mija u dan jiġbor fih il-Mellieħa, l-Manikata, in-Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq, San Pawl il-Baħar u Burmarrad. Fit-Tlettax il-Distrett, l-ammont ta' voti li ma nġabrux kien ta' 776 vot jew 2.8 fil-mija. Dan id-distrett hu kompost minn Għawdex.

    Avviżi tal-Kummissjoni Elettorali

    Intant il-Kummissjoni Elettorali avżat li l-użu ta' mowbajls, kameras jew apparat fotografiku hu ipprojbit fil-postijiet tal-votazzjoni. Min jinqabad jieħu ritratt jew video jitteħidlu l-apparat.

    Il-Kummissjoni Elettorali qalet ukoll li wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni Elettorali kien deċiż li l-ħin tal-viżitaturi fl-Isptar Mater Dei u l-Isptar Karen Grech għal nhar is-Sibt 9 ta' Marzu se jkun l-istess bħal dak ta' kuljum.

    Il-Kummissjoni Elettorali avżat ukoll li nhar jum il-votazzjoni, se tingħata l-faċilità lill-votanti li jkunu se jsiefru f'dan il-jum stess biex jaqbżu l-kju. Dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u juruh lill-Pulizija inkarigat fiċ-ċentru tal-votazzjoni.

    Intant ilbieraħ saret il-votazzjoni fid-diversi sptarijiet li għandna madwar il-pajjiż, liema votazzjoni bdiet fis-7.00 u spiċċat fl-22.00. Ilbieraħ ivvutaw ukoll l-4,800 Assistenti Kummissjonarji u l-membri tal-Korp tal-Pulizija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Mar 09, 2013

    Id-dhemm laburist li ghandi go fijha sahha u kuragg u determinazzjoni zaghzua li qijad

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 09, 2013

    U bil vot tieghi ha npattija l gonzi kemm il darba lit tfal tieghi ma stajtx nibghathom hargiet ma ta l iskola ghax ir ragel ilu qieghed iz zmien.u Dan il kumment qed nibaghtu bid dmugh f ghajneja.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 09, 2013

    Kuragg Nazzjonalisti,is-sewwa jirbah zgur!!!!!!!!!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 09, 2013

    Il lum proprja il gurnata tal votazzjoni ircevejt il bomba ta dawl u l-ilma.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 09, 2013

    Viva malta taghna ilkoll, kuragg huti ha ntuh risposta lil gonzipn u min nhar tnejn ikolna priministru gdid u malta gdida.

    Irrispondi