Għargħar f'Bejing

  • Lul 22, 2012 09:48
  • Miktub minn

    Ix-xita li niżlet fil-kapitali Ċiniża, Bejing kienet l-agħar f'dawn l-aħħar 60 sena. Għaxar persuni mietu filwaqt li eluf spiċċaw maqbuda fl-ajruport ta' Bejing. Il-medja ta' xita li nieżlet kienet ta' 170mm.

    Ix-xita bdiet nieżla l-bieraħ waranofsinhar u baqgħet nieżla bla hedda sa tard bil-lejl. Dan wassal biex għerqu uħud mit-toroq prinċipali tal-belt. Ħafna mill-mejta mietu b'xokk elettriku wara li nqalgħu l-arbli tad-dawl.

    Aktar minn 500 titjira ġew ikkanċellati fl-ajruport ta' Bejing. L-għargħar u l-valangi tat-tajn qatlu erba' persuni oħra fil-provinċa ta' Shanxi u sitta fil-provinċa ta' Sichuan. Madwar iċ-Ċina 14,500 persuna kellhom jiġu evakwati.

    Skont rapporti tat-temp fiċ-Ċina jidher li t-temp estrem se jkompli fil-jiem li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0