Suċċess kbir għall-Maltin fil-kampjonati tal-Karate għall-Pajjiżi ż-Żgħar

  • Ott 05, 2017 00:00
  • Miktub minn iNews

    Tlieta u tletin atleta minn Malta Karate Federation ħadu sehem fir-raba’ edizzjoni tal-Kampjonati tal-Karate tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru ġewwa Andorra, nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru u l-Hadd 1 ta’ Ottubru. 

    Madwar 250 atleta bejn it-12 u l-25 sena minn Andorra, Ċipru, l-Islanda, Liechtenstein, Lussemburgu, Malta, Monaco u San Marino ħadu sehem f’dawn il-kampjonati.

    Il-Maltin kisbu bosta suċċessi bir-rebħ ta’ bosta midalji fejn spiċċaw l-ewwel fil-Kata Individwali, it-tieni fit-Team Kata, it-tielet fil-Kumite Individwali u r-raba’ fit-Team Kumite.

    B’mod generali, it-team Malti kiseb it tielet post meta kiseb 11-il midalja tad-deheb, 11 tal-fidda u 12 tal-bronż.

    It-team Malti kien immexxi mis-Sinjura Audrey Zammit, flimkien mad-direttur tekniku Sensei James Galea, mill-koordinatur tekniku Sensei Jesmond Zammit, il-coaches nazzjonali tal-Kata Sensei Joe Tanti u Sensei Michelle Vella, u l-coaches nazzjonali tal-Kumite Sensei Josef Antonelli u Sensei Joseph Mizzi.

    MKF Chief Referee Sensei Anthony Zammit u Sensei Frank Vella kienu uffiċjali f’dawn il-kampjonati.

    “Dan ir-riżultat miksub huwa wieħed inkoraġġanti ħafna u juri konsistenza f’riżultati miksuba fuq livell internazzjonali għal Malta Karate Federation.  Nistennew il-kompetizzjoni li jmiss fejn nhar il-Ġimgħa, li ġej, 6 ta’ Ottubru, se nilqgħu fostna lill-Maestro Santo Torre 8th Dan għal seminar ta’ taħriġ, skond il-programm ta’ taħriġ kontinwu,” qal id-diretturi tekniku tal-MKf, James Galea.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook