POŻITTIV SAL-AĦĦAR

  • Mar 07, 2013 19:06
  • Miktub minn

    20.54 Fil-bidu tad-diskors tiegħu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal: "Suppost il-lejla ninsabu għajjenin imma li minflok għandna l-enerġija biex immexxu pajjiż għall-ħames snin li ġejjin."

    Waqt id-diskors tiegħu Muscat elenka numru ta' suċċessi kbar u ta' prinċipji fundamentali li kien il-Partit Laburista li mexxa 'l quddiem f'pajjiżna. Huwa qal li kien il-PL l-uniku partit li mexxa l-idea tal-vot tan-nisa, li mexxa 'l quddiem l-idea li ż-żgħażagħ għandhom ikollhom il-leħen fis-soċjetà. “U jekk ningħataw fiduċja nibdew fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali u nnaqsu l-vot għal sittax-il sena u b'hekk nuru lill-Ewropa fejn jista' jasal dan il-pajjiż,” qal Muscat.

    “Aħna poplu kburin bl-Indipendenza, daqs kemm aħna kburin bil-Ħelsien u r-Repubblika, fejn infittxu dak li jgħaqqadna u mhux dak li jifridna,” kompla l-Mexxej Laburista.

    Huwa qal li meta jidħol għal xi ħaġa jġorr il-piż kollu tagħha u mhux ifarfar mir-responsabbiltà. Muscat qal li l-Partit Laburista għamel żbalji, żbalji li patta għalihom għal 25 sena sħaħ. “Smajna mill-poplu inbidlna u bidilna issa ejja flimkien nibdlu dan il-pajjiż,” qal lill-folla numeruża Muscat.

    Muscat qal li hi s-soċjetà Maltija li qeda titlob u teżiġi li titwarrab il-politika partiġġjana u li jmexxi moviment li jkisser il-barrieri tal-politika tal-passat.

    “Il-pajjiż qiegħed issejaħ moviment li jpoġġi quddiem il-poplu bla biża' il-liberajiet ċivili,” kompla l-Mexxej Laburista.

    Huwa qal li huwa inutli li wieħed jitkellem u jixtieq il-bidla jekk ma jivvutax għall-bidla. Storika mhux biss li nbiddlu gvern imam nbiddlu sistema ta' tmexxija. “Din l-opportunità mhux se tiġi xahar ieħor jew sena oħra u lanqas ħames snin oħra, imma nhar is-Sibt huwa l-mument,” qal Muscat fost l-għajjat ta' Malta Tagħna Lkoll mill-folla preżenti.

    Huwa qal li hemm elezzjonijiet fejn qalbek tgħidlek mod u l-moħħ jgħidlek mod ieħor, imma saħaq Muscat li bir-road map u bl-ideal progressiv nistgħu ngħidu li tistgħu tivvutaw għall-PL b'moħħkom u qalbkom kollha, “għax kif ħaddieħor ivvota bil-qalb biex jagħtikhom kontijiet ogħla tad-dawl intom ivvutaw b'moħħkom u b'qalbkom għall-bidla.”

    “Irrid għal uliedkom dak li rrid għal uliedi, uliedi u uliedkom huma l-istess,” qal Muscat, filwaqt li semma' numru ta' proposti li l-Partit Laburista qiegħed iwiegħed li jwettaq hekk kif jingħata l-mandat tal-poplu huwa qal li huwa għalhekk li wieħed għandu jivvotta għall-PL għax għandu road map li tista' titwettaq.

    Waqt id-diskors tiegħu l-Mexxej Laburista rringrazzja lit-tim kbir u formidabbli ta' kandidati li se joħorġu f'isem il-PL. Irringrazzja lil dawk li kienu qrib tiegħu matul dan il-vjaġġ fosthom lid-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela, filwaqt li rringrazzja għax-xogħol li għamel matul is-snin lil Anġlu Farrugia “għax aħna nħarsu lejn il-futur li jgħaqqadna b'ottimiżmu,” żied Muscat.

    Irringrazzja fuq kollox lill-folla ta' quddiemu fejn qal li l-istorja għad titkellem fuq iż-żgħażagħ tal-2013 li kienu l-protagonisti għall-bidla fid-direzzjoni. Qal li din hi bidla fid-direzzjoni ta' poplu wieħed indipendenti, ħieles u magħqud.

    Huwa qal li l-għażla nhar is-Sibt hi bejn min irid ibeżża' u bejn it-tama u l-fiduċja. Muscat żied jgħid li se jirranġa l-inġustizzji li saru mingħajr ma jinħolqu inġustizzji ġodda.

    Huwa wissa' li min jinsab dahru mal-ħajt ftit jibqagħlu għoddod u waħda minnhom hi l-provokazzjoni, u li għalhekk appella biex ħadd ma' jaqa' għall-provokazzjoni, filwaqt li qal li mhux se jkun tolerat ksur ta' liġi.

    Huwa temm jgħid li dan huwa moviment seren, li se jmexxi 'l quddiem b'tama u mhux bil-biża'.

    20.00 Waqt id-diskors tiegħu d-deputat mexxej tal-Partit Laburista Louis Grech saħaq li t-triq tal-bidla mhiex waħda faċli, madankollu qal li jemmen li l-PL huwa l-partit li se jegħleb l-isfidi.

    “Nemmnu li aħna l-parti li se negħlbu l-isfidi għalkemm it-triq mhix faċli. Aħna se nġibu l-bidla għax verament nemmnu fiha,” kompla Grech

    Huwa qal li jekk fid-9 ta' Marzu l-poplu jagħti l-fiduċja lill-Partit Laburista mill-għada tibda t-triq tal-bidla. “Jekk il-poplu jagħtina l-fiduċja mill-għada nibdew it-triq għall-bidla. Triq li se twassalna għal soċjetà progressiva, inklussiva, soċjetà li ma jkolliex diviżjoni u firda,” kompla Grech.

    Aktar kmieni: Wara li ftit ġranet ilu l-partitarji Laburisti ppakkjaw il-Fosos tal-Furjana, illum għall-aħħar meeting f'din il-kampanja ppakkjaw Ħal Far.

    Id-diskors tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat se jittardja. Dan hekk kif numru kbir ta' partitarji għadhom ma waslux Ħal Far minħabba t-traffiku kbir li nħoloq fit-toroq.

    Ritratt: Charles Marsh

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 14

  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Nahseb li Dr Gonzi ried jireferi ghal PL meta qal is sibt nivutaw u l hadd JICELEBRAW (mhux nicelebraw),

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Il-poplu qieghed juri din id-darba kemm jinsab fit

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Joseph jidher motivat, kuntent u ferhan, ghax in-nies qeghdin jaraw dak il-vera dawl fih u fit-'team' tal-PL, bhal ma' kienu raw il-magi fil-bambin Gesu. Kuragg hbieb. Emanuel Farrugia former Executive Secretary Mtarfa Local Council

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Meeting kolossali tal PARTIT LABURISTA cert li Ħal Far qatt ma ra daqsekk nies. ritratti tal meeting fuq il web site tal www.veteranilaburisti.org

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Ghaziz Muscat. Dejjem kelli fiducja fi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Mexxej verament denju ta Malta ghaziza taghna. Arja friska ta mhab

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Gre

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Ara nlestulux siggu tal-President ta malta e meritus lil EFA meta jiftah il-Parlament? Inkun l-ewwel wiehe3d li nitlaq ';l barra. Qatt ma qist lil EFA bhala l-President ta Pajjizi. Issa aktar u aktar. Imissu jisthi8. Wera x'inhu!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Filwaqt li nawgura u nirringrazzja mill-qalb li Dr Joseph Muscat ghas sincerit

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Grazzi Joseph talli ergajt xelt huggiega f qalbna ghal dan il moviment Grazzi minn qalbi lilek u lil Michelle.Behind a great man there is a great woman.Awguri Michelle ghal jum il mara

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Jin Min qalbi nawgura futur fis sod ma l muscat. Naq

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Joseph, m'ghandekx ghalfejn tinkwieta. Irnexxilek tkisser lil GonziPN u issa anke lil dak li kien ighid li hu President ta Malta. President tal-habba gozz.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Grazzi muscat talli ghed tamilli hajti aktar rileks peress li jim ma nejx rileks. Thank you xxx Kemm nixtiq nanqek.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Ejja minemm leader! Ha namlu 4 snin fl hena ta serh il mohh. s sibt se tkun il judgment day

    Irrispondi
  •  

Facebook