Il-PN idur fuq Eddie fl-aħħar sforz

  • Mar 07, 2013 18:54
  • Miktub minn
"

    Fi tmiem ta’ kampanja elettorali li matulha kienu diversi l-eks Nazzjonalisti li tkellmu dwar kif iħossu li l-Partit Nazzjonalista tal-lum m’għadux dak ta’ żmien Eddie Fenech Adami, l-istrateġisti tal-Partit Nazzjonalista għażlu li jduru fuq l-istess eks Kap Nazzjonalista biex jindirizza l-folla fuq il-Fosos.

    Din hija okkażjoni bla preċedent għall-pajjiżna. Almenu żgur li fl-istorja riċenti qatt ma kien hemm mexxej li fi sforz aħħari f’kampanja elettorali dar fuq il-mexxej ta’ qablu biex ikun hu li jagħtih l-aħħar imbuttatura. Is-sorpriża għal din id-deċiżjoni kienet ikbar għaliex fl-aħħar tal-2012 kulħadd kien qiegħed jaħseb li kien se jkun Simon Busuttil li jagħti t-trasformazzjoni li kien hemm bżonn lill-Partit Nazzjonalista.

    Eddie Fenech Adami, li ibnu Beppe se jikkontesta din l-elezzjoni ġenerali u li huwa kkunsidrat bħala wieħed mis-suċċessuri possibbli ta’ Lawrence Gonzi, beda d-diskors tiegħu bil-frażi sinonima miegħu ta’ “Ħuti Maltin u Għawdxin. Filwaqt li Fenech Adami qal li aċċetta l-istedina ta’ Lawrence Gonzi mar lura għall-ewwel corner meeting li ndirizza u żied: “irnexxielna nipperswadu lill-poplu Malti kollu li l-Partit Nazzjonalista kien għadu u jibqa’ l-partit li jista’ jmexxi lil dan il-pajjiż.”

    Iddeskriva l-50 sena tiegħu fil-politika bħala 50 sena li għaddew bħala leħħa ta’ berqa. Fenech Adami qal li aċċetta l-istedina ta’ Lawrence Gonzi għax ried jgħid grazzi lil Lawrence Gonzi għal dawn l-aħħar għaxar snin u żied li bil-gwida ta’ Lawrence Gonzi u sħabu Malta għandha futur fis-sod. Kontinwament il-folla wieġbet bl-għajjat "Eddie Eddie" anke jekk forsi kien hemm min minn fost il-partitarji stenna diskors iktar qawwi mill-eks Prim Ministru.

    Iktar qabel: Fuq il-Fosos tal-Floriana, Simon Busuttil beda d-diskors tiegħu billi bbaża fuq l-għajta li l-istess partit kellu ħames snin ilu, dik ta’ Flimkien Kollox Possibbli. Busuttil kompla billi spjega għaliex huwa kburi mill-Partit Nazzjonalista. “Għaliex huwa l-Partit li miegħu dejjem gawda l-pajjiż u gawda l-poplu Malti. Nhar is-Sibt kunu kburin li se tivvotaw għall-Partit Nazzjonalista,” qal Simon Busuttil li qal issa qegħdin f’salib it-toroq.

    “Jew inżommu d-direzzjoni jew inbidlu d-direzzjoni. Ikun żball jekk inbidlu d-direzzjoni,” qal Simon Busuttil li sostna li d-direzzjoni hija diġà tajba. B’referenza għal Lawrence Gonzi, Busuttil qal li huwa wkoll importanti wkoll li nżommu l-istess kaptan.

    Ritratt: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    70