Il-partitarji jwieġbu għas-sejħa tal-mexxejja

  • Mar 07, 2013 18:25
  • Miktub minn

    Il-partitarji taż-żewġ partiti politiċi wieġbu għas-sejħa tal-partiti tagħhom u bi ħġarhom ħonqu l-Fosos tal-Furjana u Ħal Far.

    L-ammont kbir ta' nies li nġabru fit-toroq kien rifless ukoll mill-ammont ta' karozzi u traffiku li mill-16.00 ta' wara nofs in-nhar beda jinġabar fit-toroq Maltin.

    Waqt il-meetings rispettivi tagħhom illum se jkun l-aħħar darba li l-mexxejja politiċi se jkunu qegħdin ikellmu lill-massa f'din il-kampanja elettorali hekk kif għada huwa magħruf bħala l-jum ta' silenzju jew ta' riflessjoni.

    Tant hi kbira l-konġestjoni ta' traffiku li nħolqot speċjalment bil-karozzi nieżlin fid-direzzjoni ta' Ħal Far, li l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista ddeċidiet li tibda l-meeting aktar tard. Dan minħabba l-fatt li fost dawk li jinsabu imwaħħlin fit-traffiku hemm numru ta' ġurnalisti. Fit-traffiku wkoll hemm privates ta' partitarji Laburisti li niżlu minn Għawdex u kien anke għalhekk li l-PL ddeċieda li jittardja l-meeting.

    Għadu mhux magħruf il-ħin eżatt li se jibda l-meeting, inewsmalta.com jibqa' jżommkom infurmati.

    inewsmalta.com wkoll bħalma għamel kull nhar ta' Ħadd matul din il-kampanja elettorali se jkun qiegħed itella' d-diskors, ritratti u filmati miż-żewġ meetings.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8

  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    ............Eddie Fenech Adami............... Mela l-aktar bniedem kontraversjali ta' Malta....Edward, il-lejla gie msejjah bh

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Dak biex ifakkarna fil-kumplament tal-gideb fahxi li qal kemm dam PM. Kemm saret il-bolla balla Dward? X'sar minnha l-ID Card li

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    ara veru ma faddallomx ma xiex jiddendlu in nazzjonalisti ta l eddie gabu jitkellem mela hu ha jmexxina jekk jergaw jitilaw.Joseph Muscat il mexxej tal futur

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Hsiebtek ha tiskuza ruhek m 'Alfred Sant!!!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Eddie Fenech Adami

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    il-bierah konna fuq il-coach ta san pawl u tlaqna fl-4 u kwart,wasalna hal-far fit-8 u l-coach ma setax jidhol fejn sar il-meeting.Id-

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Mela sewwa jajt il poplu li DR.Gonzi mhux kapaci jmexi lil Malta u GHawdex . ax biex taqa ghal eks mexxej lil eddie feneck adami biex j

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Tlett kelmiet biss shame on you to Eddie int suppost kont president ta Malta taghna lkoll

    Irrispondi