Fl-aħħar sigħat… żieda għall-uffiċjali tal-Pulizija

  • Mar 07, 2013 17:53
  • Miktub minn John Pisani
"

    Ċirkolari li ġġib in-numru ta’ referenza GHQ/18/2013 u li ġġib il-firma tal-Assistent Kummissarju Lawrence Cauchi, tinforma lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li Spetturi u Supretendenti se jingħataw żieda fl-allowance. Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil inewsmalta.com li wħud mill-istess uffiċjali qalu li din mhi xejn ħlief l-aħħar sforz għall-voti.

    Iċ-ċirkolari datata 6 ta’ Marzu 2013 tgħid li dawk l-uffiċjali minn skala 8 sa skala 5, Spetturi u Supretendenti, se jingħataw ‘disturbance’ u ‘shift allowance’ ta’ bejn 1% u 10% żieda. B’din iż-żieda dawn l-uffiċjali se jibdew jingħataw 1% żieda għal dawk li jaħdmu minn siegħa sa tliet sigħat żieda fuq is-siegħat normali tagħhom u 10% għal dawk li jaħdmu aktar minn 35 siegħa iktar.

    Iżda din mhix l-unika bidla biex jinġabru aktar voti fl-aħħar ftit ħin li fadal. L-istess sorsi qalulna li dawk il-Pulizija stazzjonati fl-Iskwadri fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali li jaħdmu pajżana, se jibdew jaħdmu b’dak magħruf bħala l-‘off idur’. Dan ifisser li issa se jkunu qed jaħdmu aktar Ħdud u Festi u b’hekk jieħdu xi ħaġa żieda.

    “M’aħniex nilmentaw minn dawn iż-żidiet, imma hija viltà li stennew ftit sigħat qabel l-elezzjoni meta ilna nitolbu biex il-membri tal-Korp ikunu stmati,” qalilna uffiċjal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    7