Kien Austin Gatt li ħeġġeġ lill-Kabinett biex joħroġ mill-MOBC

  • Mar 07, 2013 14:19
  • Miktub minn Owen Galea

    Fi żmien li l-eks-Ċermen tal-Enemalta Tancred Tabone kien ‘silent partner’ f’kumpanija li kienet qiegħda tieħu x-xogħol tal-MOBC, entità pubblika li kienet tagħmel miljuni kbar min-negozju taż-żejt, il-Ministru Austin Gatt ftaħar fil-Parlament li kien huwa li rnexxielu jikkonviċi lill-Kabinett biex l-MOBC ma tibqax tagħmel dan it-tip ta’ negozju.

    Illum fil-Qorti rriżulta kif Tancred Tabone, il-kuġin tal-Ministru Gatt u Frank Sammut kienu sħab f’kumpanija li kienet kompetitur dirett ta’ din l-ażjenda pubblika li tagħha kienu ċermen u uffiċjal rispettivament.

    Mix-xhieda tal-Assistenti Kummissarju Michael Cassar irriżulta b’mod ċar li Tancred Tabone u Frank Sammut daħlu fi sħab mal-Island Bunkering Oil Limited. Huma kienu silent partners minħabba l-kunflitt ta’ interess li jirriżulta mill-kariga tagħhom fl-MOBC. Ingħad li l-għan tagħhom kien proprju li l-IBOL tieħu x-xogħol tal-MOBC. Saħansitra kienu jixtru tankers u vapuri u għal kull wieħed kienu jiftħu kumpanija f’ismu. Eventwalment kienu jikruhom lill-MOBC.

    Minn riċerka li għamel inewsmalta.com li tmur lura bejn l-2003 u l-2008, jirriżulta li din il-kwistjoni kienet bosta drabi soġġetta għal domandi min-naħa ta’ diversi kelliema tal-Oppożizzjoni fosthom mid-deputati Joe Mizzi u Leo Brincat. Saħansitra kienu jallegaw b’mod ċar dak li fil-fatt illum qiegħed jiġi kkonfermat fil-Qorti. Madankollu, l-akkużi li kienu jsiru fil-Parlament fir-rigward ta’ Tabone u Sammut qatt ma ġew investigati min-naħa tal-Gvern, anzi dejjem ġew miċħuda.

    Fost oħrajn bi tweġiba għal waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Ministru Gatt qal li “kont jien li kkonvinċejt lill-Kabinett fuqha din” (li joħorġ mill-MOBC), għax qal li l-gvern m’għandux jagħmel trading taż-żejt. “Ma jagħmilx sens li gvern jixtri ż-żejt biex jara lil min ibigħu offshore! Il-gvern m'għandux ikun fit-trading meta hawn xi erba’ kumpaniji privati li jagħmlu trading fiż-żejt (fosthom il-kumpanija li llum id-diretturi tagħha jinsabu akkużati li ħadu x-xogħol tal-MOBC),. U m'huwiex sew li l-gvern jagħmel dawn l-affarijiet b'riskji kbar. Għax niftakru li hawn m'aħniex qed inbigħu ċ-ċikkulata kif konna nagħmlu! Hawnhekk qed nixtru u nbigħu miljuni kbar ta’ liri fi żjut! Jien ma nemminx li l-gvern għandu jagħmel dan u kkonvinċejt lill-Kabinett fuq din u ttrasferejna l-MOBC minn kumpanija li topera fix-xiri u bejgħ ta’ bunkers u tikkompeti mal-privat Malti għal kumpanija li taħżen iż-żejt. U llum għandna income li huwa safe u regolari u li qed jagħmel tajjeb għall-bottom line ta’ l-enemalta, »qal Gatt.

    Jiddefendi lil Tancred Tabone

    F’seduta oħra, il-Ministru Austin Gatt saħansitra ħareġ għonqu għall-kuġinuh dwar il-każ ta’ kuntrabandu ta’ diesel. Bi tweġiba għal dawn l-istqarrijiet, Gatt qal: “l-ewwelnett irrid inneħħi min-nofs ħafna akkużi li saru fuq ic-chairman (Tancred Tabone),. Illum iċ-chairman ħareġ stqarrija fejn innega dak kollu li qal l-Onor. Mizzi, u talbu jirrepeti l-istess diskors barra - għax hawnhekk ovvjament ma jistax jintervjeni - u mbagħad naraw x’jiġri wara, qal Gatt waqt li żied jgħid li nnega dak li ġie allegat dwaru u l-Partit Nazzjonalista.

    Kien fis-17 ta’ Dicembru 2004, li d-deputat Laburista Joe Mizzi semma l-każ tal-kuntrabandu tad-diesel fejn kienet imdaħħla l-MOBC. Qal li kein hemm provi biżżejjed ta’ kuntrabandu fuq id-diesl u li sa dakinhar ma konniex nafu kemm-il miljuni ta’ liri ġew misruqin lill-poplu Maltin.

    “Fuq dawn, qed iżommu ħalqhom magħluq u imbagħad jiġġustifikaw il-fatt li jintaxxaw il-poplu u jitfgħu l-piż ta’ dan kollu fuq min jiflaħ l-anqas. Mizzi kien iddikjara li kien saru interrogazzjonijiet żmien ilu u fosthom kien ġie interrogat is-Sur Tabone.

    Qal li meta mbagħad tibda tara li l-affarijiet mietu fuq ommhom qisu ma ġara xejn, u l-istess persuna tarah jagħti ma nafx kemm-il television għal kampanja ta’ ġbir tal-Partit Nazzjonalista, bilfors li l-poplu jibda jiddubita u jagħmel one plus one! X'inhuma dawn l-affarijiet, Sur President?, kien staqsa Mizzi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 10

  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Min jinqabad b'joint imur il-habs,u dawn ma jmorrux?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    MALTA GHAR TAL- HALLELIN.Nisthi nghid li jien Malti u nghix go pajjiz Kattoliku.Nisthi uko

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Nisperaw li dawn il hnizrijiet jigu investigati wara nhar it tnejn jekk all jrid u il poplu jaghti fiducja lill gvern gdid. P

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Hawn hu l-arkanglu A.G. li jghid li qatt ma' ltaqa mas-Sur Farrugia. Ara veru nies ipokriti u oqbra mbajda. Emanuel Farrugia - TARXIE

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Mela meta fil-2002 il-PN bdew jirrepetu darba wara l-ohra li Malta ser tiggwadanja Lm100 miljun netti kull sena mil-EU, netti ta, mhux gross, netti kull sena, fl

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Mhux ta' b'xejn kienu jinħ]ataw dawk ir-rigali kollha qat il-ġbir ta' fondi tal-Partit Nazzjonalista.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Il

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    naqbel mal-=kumment tas-Sur Farrugia. Illum johrog bic-car min kien qed jghid il-verita u kemm t-thassib tal-Onor. Joe Mizzi kien f'waqtu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    ara hawnx min jamel imhatra li hemm nies ohra imdahlien fdan il hmieg.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Jalla ix-xibka tal- koruzjoni tkompli tohrog u jinqabad kulhadd inklus ministri u igeluhom ihalsu lura il- flus misruqa

    Irrispondi