Prova oħra

  • Mar 07, 2013 09:14
  • Miktub minn
"

    Fl-aħħar sigħat ħareġ b’mod iktar evidenti kif f’Kastilja kien hemm diġà indikazzjonijiet ċari b’rabta mal-iskandlu taż-żejt. Dan ferm qabel il-każ kien żvelat fil-bidu ta’ din is-sena mill-maltatoday.

    Dettalji dwar dan ħarġu waqt il-programm TVHEMM tal-bieraħ li għalih kien mistieden il-Prim Ministru Lawrence Gonzi. F’mistoqsija ‘miftuħa’ dwar is-suġġett Gonzi qal li mhux lilu kienu kellmu. “Ma ġewx ikellmuni. Skoprejt issa wara li vverfikajt… xi ħadd minn ta’ ġewwa (familja Farrugia), ġie b’xi dokumenti għand wieħed mill-uffiċjali tas-security services, dan għaddih għand is-superjur tiegħu u dan bagħtu għand it-tax compliance unit u dawn investigaw. Jiena ma kont naf b’xejn,” qal Lawrence Gonzi.

    Dan minkejja li l-każ ittieħed f’Kastilja. Attitudni simili ttieħdet meta kien irrapportat għall-ewwel darba l-korruzzjoni dwar il-privatizazzjoni tal-Yacht Marina. Dakinhar kien intqal li wara li kien mgħarraf uffiċjal qrib tal-Prim Ministru, Lawrence Gonzi ma kien jaf b’xejn għax intqal li dan l-uffiċjal kien mara għand il-Ministru Tonio Fenech li min-naħa tiegħu laqqa’ l-persuni nvoluti u serħulu rasu li ma kien hemm xejn ħażin. Eventwalment, fil-Qorti, persuni nstabu ħatja ta’ korruzzjoni.

    Intant, kien fis-26 ta’ Frar l-ewwel darba li ħareġ li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi seta' kellu l-ewwel ħjiel b'rabta ma' dak li kien għaddej fuq ix-xiri taż-żejt fl-2011. Dakinhar ġurnalist tal-maltatoday kien staqsa lill-Gonzi dwar il-fatt li fl-2011 kien hemm min infurmah b'tixħim fix-xiri taż-żejt. Dakinhar Gonzi qal li hu dejjem sostna pubblikament li kull meta kellu informazzjoni bagħthom għand il-pulizija .

    "Id-dover tiegħi dejjem hekk qdejtu," żied Gonzi. Mistoqsi għal darb oħra jekk fis-sajf tal-2011 kienx jaf b'dawn il-fatt il-Prim Ministru temm ħesrem il-mistoqsijiet mal-ġurnalisti u qal li dwar dan kien diġà wieġeb. Issa, d-dikjarazzjoni tal-bieraħ tikkonferma li f'Kastilja kienu jafu, għalkemm il-PM qal li hu ma kienx jaf.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    9