“Ċara d-differenza bejn politika tal-uċuħ u dik ibbażata fuq il-kapaċità”

  • Mar 06, 2013 21:20
  • Miktub minn

    Il-Mexxej Laburista, Joseph Muscat stieden lin-nies biex jaraw l-aħħar parti tad-dibattitu tal-lejla bejnu u bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Lawrence Gonzi fejn sostna li toħroġ ċara d-differenza bejniethom. Qal li din id-differenza ħariġha Gonzi nnifsu hekk kif qal li għadu jħaddan politika fejn il-kulur jifred il-poplu.

    Muscat qal dan waqt l-aħħar edizzjoni tal-programm TX taħt it-tinda, qabel l-elezzjoni ta' nhar is-Sibt, hekk kif qal li hemm stil ta’ tmexxija li maż-żmien saret maħkuma minn klikka u li tħares bis-sistema antika tal-aħmar u l-blu, filwaqt li l-politika tal-Partit Laburista hi bbażata fuq il-kapaċità tan-nies.

    Sostna li nhar is-Sibt il-poplu jrid jagħmel għażla jekk iridx jibqa’ fl-istess direzzjoni bil-qgħad dejjem jiżdied, servizz tas-saħħa preżenti li bih 10,000 persuna tħallew jistennew fil-kuriduri tal-isptarijiet u MEPA fejn ma tinqediex.

    Madankollu, hu sostna li fuq kollox l-għażla għandha tkun bejn stili differenti ta’ politika. Sostna li min-naħa tal-Partit Laburtista se tkun tmexxija miftuħa, fejn id-deċiżjonijiet ma joħduhomx waħedhom il-politiċi u fuq kollox li ma jinsewx lill-poplu.

    Semma kif fl-aħħar qam paniku fid-dipartimenti tal-Gvern fejn f’daqqa waħda qegħdin jingħataw transfers u refunds. Qal li kull min ħa xi ħaġa se jżommha wara l-elezzjoni iżda stieden lin-nies biex jiftakru f’min ilu jtertqilhom qalbhom biex jagħtihom dak li ħaqqhom. Sostna wkoll li l-Partit Laburista se jara min sofra l-inġustizzji u se jsewwihom filwaqt li jara li ma jinħolqux oħrajn.

    Fost l-ewwel prijoritajiet, Muscat semma dik tal-enerġija fejn qal li dan hu l-unika pjan li jeżisti. Qal li Gonzi se jgħid li m’hawnx bżonnu u għalhekk dan ifisser li l-kontijiet se jibqgħu jogħlew.

    Semma wkoll li hu importanti li fil-Parlament jiġi approvat il-Baġit hekk wasalna fit-tielet xahar tas-sena u dan għadu mhux approvat. Ma’ dawn ikkommetta ruħu li jkunu mfasslin il-liġijiet tat-tneħħija tal-preskrizzjoni għall-partiti politiċi, dik tal-finanzjament tal-partiti u l-Whistleblower’s Act.

    Qal ukoll li se ssir reviżjoni tas-sistema ġudizzjarja filwaqt li kkommetta ruħu li din issir sal-aħħar tas-sena biex tkun żgurata t-trasparenza.

    Sostna li dan kollu hu possibbli jekk il-poplu jagħti l-fiduċja lill-Partit Laburista. Saħaq li hu inutli li wieħed jitkellem fuq rebħiet u stħarriġ hekk kif sostna li s’issa dawn ma jiswewx daqs vot wieħed. Qal li min irid jgħin lill-Partit Laburista fadal tlett ijiem biex wieħed jikkonvinċi lin-nies tenna li l-Partit Laburista għadu l-‘underdog’.

    Muscat tkellem ukoll dwar l-edukazzjoni fejn qal li investiment fl-għalliema jkun ifisser li jgawduh l-istudenti u għalhekk qal li l-Partit Laburista se jinvesti ħafna fihom biex ikomplu jistudjaw. Qal li m’hemm ebda ġustifikazzjoni li jiġu attakkati l-għalliema fl-iskejjel u sostna li l-għalliema se jingħataw għodda ġdida lit kun partikolari għalihom skont l-iskola fejn ikunu jaħdmu.

    Tkellem ukoll dwar l-importanza li se tingħata t-tieni possibbiltà lil dawk l-istudenti li ma jkunx irnexxielhom jagħmlu suċċess mal-ewwel darba. Qal li dan ikun l-aktar mument vulnerabbli għal dawn l-istudenti fejn iħossu kollox jikkrolla u għalhekk l-istat irid ikun miegħek u jagħtik l-istipendju ħalli terġa’ tipprova.

    Dwar is-saħħa, Muscat qal li issa qegħdin nirrealizzaw li għandna sitwazzjoni fejn għandna sptar li hu żgħir wisq, il-pazjenti qegħdin jinżammu fil-kuriduri u qed jissemma li għandna bżonn nixtru sptar privat.

    Semma wkoll il-waiting list fejn qal li fl-elezzjoni ta’ qabel din kienet fost waħda mit-tliet wegħdi tal-PN iżda għadha hemm sal-lum. Sostna li l-PL għandu pjan iffokat fuq żewġ oqsma; dik tar-riforma fil-kura primarja u fiċ-Ċentri tas-saħħa.

    Barra minn hekk, semma wkoll iċ-charter għad-drittijiet tal-pazjenti li joffri d-drittijiet u r-responsabbiltajiet li bihom anke jkunu protetti t-tobba u fuq kollox il-pazjenti. Ma’ dan semma wkoll li għal kull operazzjoni se jkun determinat żmien massimu għall-istennija u jekk dan jinqabeż il-pazjent jintbagħat mill-Gvern għand il-privat u jħallas hu.

    Muscat tkellem ukoll dwar il-qasam soċjali fejn qal li l-anzjani qegħdin isibuha diffiċli biex jgħaddu bil-pensjoni. Qal li l-pensjoni għandha tkun isservik u dawk li jridu jaħdmu jkun għas-sodisfazzjon tagħhom u mhux għax ma sservihomx. Qal li jieħu pjaċir jara lill-anzjani jaħdmu imma meta jkunu jridu huma.

    Il-Mexxej Laburista qal ukoll li taħt dan il-Gvern kollox hu possibbli iżda xejn mhu ċert. Talab lin-nies jiftakru kif fil-ħames snin li għaddew in-nies irċevew ittri mingħand Lawrence Gonzi fosthom dawk tal-Air Malta, lil dawk bix-xarabank, tat-Tarzna, u tal-Go. Qal li filwaqt li Gonzi qed jidħak bin-nies, il-Partit Laburista se jwettaq dak li jwiegħed.

    Muscat appella biex lin-nies biex jivvotaw lil dan il-moviment biex ikunu aġenti tal-bidla. Staqsa kif il-pajjiż jista’ jkun protagonist jekk nhar it-Tnejn jerġa’ jiġi kkonfermat dan il-Gvern. Qal li mbagħad ikun għalxejn li wieħed jilmenta dwar l-Arriva, dwar il-kontijiet, dwar il-powerstation, dwar il-Parlament ġdid, dwar il-€500 żieda jew inkella dwar ministru u ieħor. Qal li n-nies iridu jivvotaw għall-bidla li twassal għal bidla u għax dan il-moviment għandu pjan ċar u konkret.

    Talab ukoll biex in-nies jibqgħu kalmi u lura mill-provokazzjonijiet. Sostna li min jaqa’ għall-provokazzjoni mhu se jsib l-ebda għajnuna mill-PL.

    Intant, fl-aħħar attività taħt it-tinda fil-Fgura, Muscat spjega li kienet triq twila li bdiet żmien twil ilu dik li għamel il-Partit Laburista biex wasal fejn hu llum. Sostna li minn qabel kien elett bħala mexxej għamilha ċara li kellu pjan għal bidla radikali fejn ammetta li saru żbalji u beda jibni mill-ġdid.

    Sostna li mal-ewwel talab li jkun movement liberali li jiġġieled biex f’dan il-pajjiż ikollna l-libertà ċivili tad-divorzju. Qal li min ikun fuq in-naħa tas-sewwa m’għandu jiddejjaq xejn li jgħid dan. Sostna li dan juri dak li dejjem iddistingwa lill-Partit Laburista. Qal li kellu x-xorti jaħdem ma’ tim eċċezzjonali u magħqud li waqqa’ l-barrieri li kellu fi ħdanu u man-nies biex illum sar magħqud.

    Muscat qal li din se tkun elezzjoni dwar l-għażla ta’ x’pajjiż verament irridu. Sostna li l-Partit Laburista kapaċi jagħmel bil-pajjiż bħalma għamelna bil-Partit Laburista.

    Qal ukoll li mhux se jgħid li l-Partit Laburista se jirbaħ iżda sostna li mexjin b’serenità ta’ min jaf li qal il-verità u konvint li l-poplu se jieħu l-aktar deċiżjoni importanti.

    Qal li kemm-il darba jingħata l-fiduċja, l-ewwel pass ikun li joħroġ idejh u jappella lil dawk li ma jkunux ivvotaw lil-Partit Laburista biex minkejja li ma afdawhx jaħdmu miegħu.

    Ritratti: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Proset Joseph jiena warajk ha nkun j Alla dan il poplu jghamel l ghazla t tajba nhar is Sibt ha narak tiela dak it tarag ta fejn jixraqlek tkun u Grazzi tal hidma tieghek

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Nisperaw li 'l PL jimxi bil-kapacita u mhux bl-ucuh u jibza' ghalina s-socjalista ghax issa xbajna bl-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista. Prosit Joseph u t-team. Emanuel Farrugia - TARXIE

    Irrispondi
  •  

Facebook