Il-Mexxejja fl-aħħar dibattitu tal-kampanja elettorali

  • Mar 06, 2013 20:45
  • Miktub minn

    Il-Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi u l-Mexxej Laburista Joseph Muscat illejla ffaċċjaw lil xulxin f’dibattitu ta’ siegħa fuq l-istazzjon nazzjonali fejn Muscat ffoka ħafna mill-interventi tiegħu fuq il-pjan tal-enerġija tal-Partit Laburista waqt li Gonzi qal li pajjiżna mgħandux bżonn pjan għax diġà hemm soluzzjonijiet maħsubin.

    F’dan dibattitu, l-aħħar wieħed f’din il-kampanja elettorali, il-Kap Nazzjonalista kkritika l-pjan tal-enerġija tal-PL għax qal li dan se jkollu żewg tankjiet tal-gass daqs il-knisja tal-Mosta f’nofs il-powersation. Qal li din mgħandniex bżonnha għax hemm soluzzjonijiet diġà maħsubin bl-interconnector biex inġibu n-night tariff li qal li biha se jgawdu l-fabbriki li jaħdmu bix-xift ta’ bil-lejl. Qal li hu baħri tal-maltemp u mhux baħri tar-roadmaps li ma jfissru xejn. Fl-istess waqt qal li kieku kellu jferrex il-flus li ġiebna mill-UE fuq id-desk li kienu miegħu, ma kinux joqogħdu.

    Il-Mexxej Laburista rribatta b’qawwa għal dawn id-dikjarazzjonijiet u sostna li l-fatt li PM qed jiddikjara li mgħandniex bżonn ta’ pjan għall-enerġija, ifisser li għal Gonzi mhemmx bżonn li jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, b’Gonzi ma jweġibx għal din l-istqarrija. “Din hi konferma li l-unika ċertezza li hemm biex jorħsu l-kontijiet għall-familji u n-negozji huwa l-PL,” qal Muscat.

    Dwar il-fondi mill-UE, Muscat qal li l-punt hu kif se tonfoqhom. Qal li jekk pajjiżna ngħata €1,100 miljun mill-Ewropa, f’sentejn u nofs se nkunu qed nonfqu l-istess ammont f’żejt kuljum. Huwa saħaq li pajjiżna mgħandux jibqa’ dipendenti fuq iż–żejt, iżda għandna naqilbu għall-gass biex mhux biss ikollna traħħis fil-kontijiet iżda ambjent aħjar u fejn il-flus jintużaw aħjar.

    F’intervent ieħor Muscat qal li l-PM huwa maqtugħ mir-realtà. Waqt li rrikonoxxa s-suċċessi li kien hemm f’numru ta’ oqsma, qal li teżisti problema ta’ xogħol prekarju, ta’ nies li qegħdin fuq l-għatba tal-faqar u middle class li qed tiżloq lura fil-livell tal-għajxien.

    Waqt li l-Kap Nazzjonalista tenna għal bosta drabi li pajjiżna għandu fost l-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa, Muscat semma kif fl-aħħar erba’ snin u nofs, is-saħħa tal-pagi fl-Ewropa żdiedet bi €13-il fil-ġimgħa waqt li f’Malta naqset bi €8 fil-ġimgħa. “Din mhix statistika li ħoloq il-PM dwar il-ħolqien tal-impjiegi li ma ssibha mkien, iżda statistika tal-UE,” qal Muscat waqt li fakkar li l-ekonomija ta’ pajjiżna kellha żewg downgrades mill-agenziji tal-kreditu u sitwazzjoni fejn il-PM ma jridx jammetti li l-qgħad żdied għal 11-il xahar konsekttuiv u fejn hemm mal-4,600 żagħżugħ/a jfittxu mhux attivi fis-suq tax-xogħol.

    Il-Mexxej Laburista qal li l-PL qed ikun responsabbli fil-pjani tiegħu u mhux iwiegħed kollox kif qed jagħmel il-PM. Qal li Gonzi qed jgħid l-istess affarijiet li qal u wiegħed ħames snin ilu billi jgħid li ra l-maltemp, imbagħad waqt li ma jżommx kelmtu u jisplodi l-kontijiet, jagħti żieda lilu nnifsu u lill-ministri tiegħu ta’ €500 fil-ġimgħa.

    Wara li f’din il-kampanja elettorali Gonzi stqarr li l-Laburisti jħammrulna wiċċna u n-Nazzjonalisti jagħmluna kburin, il-PM qal illejla li jaf x’kapaċi jagħmlu l-Maltin… “mhux kuluri ta, mhux kwistjoni ta’ Nazzjonalisti u Laburisti, iżda kemm huma kapaċi jibbrillaw fuq ħaddieħor”.

    Fl-għeluq tad-dibattitu Gonzi qal li s-Sibt li ġej meta se mmorru nivvotaw se jkollna karta quddiemna, lista b’kandidat tal-PN u tal-PL. Qal li hemm se jkunu bl-aħmar u l-blu… “ma nistgħux naħarbu minnha, qed jaqsmuna dawn iż-żewġ kuluri, l-aħmar huwa aħmar, il-blu huwa l-blu,” kompla Gonzi. Huwa qal ukoll li perfetti mhumiex u li dejjem ipprovaw ikunu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Hekk qal li għamlu fil-ħames snin li għaddew, u hekk se jagħmlu fil-ħames snin li ġejjin.

    Min-naħa tiegħu Muscat qal li Gvern Ġdid se jkun differenti għax mhux se jħares lejn l-uċuħ iżda x’isarrfu n-nies, gvern li mhux li jieħu l-mertu ta’ ħaddieħor u jfarfar it-tortijiet, li jwiegħed ħafna u ma jwettaqx… se nkunu gvern ta’ kulħadd u mhux tal-klikka, gvern li ma jieħux €500 fil-ġimgħa meta l-poplu qed iħallas l-ogħla kontijiet tad-dawl u l-ilma,” sostna l-Mexxej Laburista.

    Waqt li sostna li hu jemmen lil dawk li se jivvotaw għall-ewwel darba lill-PL, qal li jinsab lest biex jaqleb totalment il-folja wara li l-PL inbidel f’moviment u issa qed joffri pjan ċar fejn lesti li jaħmdu ma’ kulħadd anke ma’ dawk li ma jaqblux miegħu.

    Ritratti: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 18

  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Well done Dr Muscat you never fail to make us proud!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Proset DR Muscat . MALTA TAGHNA LKOLL .....

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    IMMA DAN TA' VERU? XI JRID JGHID l-aħmar huwa aħmar, il-blu huwa l-blu,”????? XI JRID JGHID?????? ~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~ Gonzi qal li s-Sibt li ġej m

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Bravu joseph Myscat . Jien Labour first time ghax ma niflahx izjed

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    X,jigifieri gvern bla pjan!MELA GHALHEKK QEDIN FHIEX QEGHDIN.Il kbar ihawdu bejnithom u ihaxxnu bwiethom u ma jimpurthom min hadd.DIK ACCOUNTABILITY!!!!Lanqas jafu xqed jigri gol pajjiz imnalla hemm leuropa tasses ghax holl xaghrek u gib iz zejt!!!!???

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Bir-ragun li Gonzi qal

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    dil website tal labour ax hlief muscat ma jidirx fuqa lol

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Minn dan id-dibattitu hareg car daqs il-kristal fejn Joseph Muscat ghamel dikjarazzjonijiet konkreti ta' kif ser tkun it-tmexxija tul dawn il-5

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Issa Gonzi f'Pembroke il-bierah hareg bl-ahhar verzjoni dwar il-medicini 'out of stock' wara xi ghaxar verzonijiet.Issa jum qabel l-elezzjoni qeghda hekk. Jekk l-ispizjar m

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Mhux ta' b'xejn li il-PN maqsum f'mitt elf bicca!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    @andrew smith, Siehbi jekk ma jogbokx mur fuq mychoicepn u oqod aqra il hrejjef u ara ir ritratti ta gonzi, Grazzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Kemm se ndumu nidhqu bin-nies!? Kemm se ndumu nkunu faccoli?" Il-Prim Ministru Gonzi jaf ben tajjeb li faccata tad-dar tieghu, ezatt fil-Wied ta Sant'[Antnin fejn il-Gvern tieghu bl-approvaz

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Il-P

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Nikkonferma u naqbel ma dak kollu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    thassart lil gozi kif inku qied donnu daqsxejn marsus min wara donnu irid jamel xi haga xnaf kellux xi haga tahtu biex jitfa go fiha ax kien jider marsus=!!!!!!!!!!!!!!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Dazbgur li mhux se ninsew. Kollu minnu li qed jinghad. Imma l-aghar huwa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Nispera li l kumment tijej jodd daqs ta hadtihor. Personalment Biex nejd is sew kif nahsbu jin. Din il-loba xbajna nilabuwa Kull 4 snin ting

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Ghaziz Andrew Smith, jalla jitla l-PL halli tkun tista terga tmur l'iskola sekondarja u titaghllem il-Malti mil-gdid!

    Irrispondi
  •  

Facebook