Kollox lest fis-sala tal-għadd tal-Voti fin-Naxxar... 8,200 vot għadhom ma nġabrux

  • Mar 06, 2013 15:39
  • Miktub minn John Pisani

    Il-madwar 8,200 votant li salbieraħ kienu għadhom ma ġabrux id-dokument tal-vot, għadhom jistgħu jagħmlu dan sa nofs il-lejl ta' għada l-Ħamis mill-Uffiċċju Elettorali f’Evans Building fil-Belt.

    F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, il-Kap tal-Kummisjoni Elettorali Salvu Gauci spejga l-aħħar preparamenti fejn fin-Naxxar hemm kollox lest ħlief għall-aħħar ftit irtokki qabel nhar is-Sibt jibdew deħlin il-kaxxi bil-voti.

    Għall-Elezzjoni Ġenerali hemm 333,006 persuna elleġibli biex nhar is-Sibt jivvuttaw. Minn dawn hemm 29,000 li se jivvuttaw għall-ewwel darba li 2,000 minn dawn mhumix imniżżlin fir-Reġistru Elettorali li ġie ppubblikat f’Ottubru li għadda. Dan għaliex dawn l-2,000 votant ġdid għalqu t-18-il sena bejn Ottubru u għada, il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu u li se jkunu jistgħu jivvuttaw.

    B’kollox se jkun hemm 116-il post tal-votazzjoni u 700 kaxxa fejn se jintefgħu l-voti.

    Salvu Gauci qal li għall-ewwel darba dawn in-negozji li jinsabu fiż-żona ta’ 50 metru minn post tal-votazzjoni se jitħallew jiftħu normal bl-eċċezzjoni ta’ każini politiċi.

    Għal dawn l-elezzjonijiet se jkun hemm 4,850 assistenti kummissjonarji elettorali u l-għadd tal-voti se jsir minn 1,293 persuna li kollha ġew imħarġin fis-sala tal-għadd fin-Naxxar stess.

    Mistoqsi jekk jistax jgħid kemm huma dawk li se jiġu Malta minn barra biex jivvuttaw, Salvu Gauci qal li dik l-informazzjoni jafuha biss l-Air Malta jew l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Huwa qal li l-Kummissajoni Elettorali ma jkollhiex din l-informazzjoni u ma jinteressahix li tkun taf.

    Louis Fsadni, membru tal-Kummissjoni, qal li din hija t-23 Elezzjoni Ġenerali mill-1921 ’il hawn. Huwa spjega l-mod kif se jitmexxa l-proċess tal-għadd tal-voti. L-ewwel kaxxi li se jinfetħu huma dawk mill-isptarijiet u dawk li jkunu diġà vvuttaw qabel nhar is-Sibt. B’kollox se jkun hemm 91 kaxxa u dawn jibdew jinfetħu s-Sibt fl-22.00 imma ma jsirx l-għadd.

    Fsadni qal li l-ewwel pakketti ta’ 50 vot se jibdew jinqalbu biex isir l-ewwel għadd mhux qabel il-11.00 tal-Ħadd, anke jekk kollox ikun lest qabel. Dan sar bi ftehim mal-partiti ewlenin biex kemm ir-rappreżentanti taż-żewġ partiti kif ukoll il-kandidati jkollhom ħin biżżejjed biex imorru n-Naxxar.

    Dwar l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, hemm 189,418 votant eleġġibli biex jivvuttaw. Minn dawn ma nġabrux 18,300 vot li 14,000 minnhom huma ta’ persuni barranin li jgħixu Malta.

    Ritratti: John Pisani

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook