Il-GWU se tara li dak li kien imwiegħed jitwettaq

  • Mar 06, 2013 13:34
  • Miktub minn

    Fi stqarrija l-General Workers' Union qalet li fiż-żmien li ġej se tkun attenta ħafna biex tara li, dak kollu li ġie mwiegħed qabel l-elezzjoni, jiġi mwettaq mill-partit fil-gvern wara d-9 ta' Marzu li ġej.

    “Il-GWU qiegħda tagħmel din id-dikjarazzjoni biex ma tirrepetix ruħha s-sitwazzjoni ta' ħames snin ilu, fl-elezzjoni tal-2008, meta ġew imwegħda ħafna affarijiet li baqgħu ma twettqux mill-gvern preżenti,” intqal fl-istqarrija.

    Il-GWU qalet ukoll li mhux se taċċetta li dak li ġara qabel l-elezzjoni ta' ħames snin ilu jerġa' jirrepeti ruħu. “Dan meta, fost affarijiet ohra, diversi gruppi ta' ħaddiema ġew imwegħda l-assikurazzjoni tal-impjieg, biex imbagħad wara sar bil-kontra, bil-konsegwenza li, ħafna minn dawn il-ħaddiema, mhux is-serħan il-moħħ ingħatalhom, imma spiċċaw mingħajr impjieg. Fost dawn id-diversi kategoriji ta' ħaddiema hemm dawk tal-Airmalta, tat-trasport publiku, tat-Tarzna u tal-Go, u dan wara li ntbagħtitilhom ittra, personalizzata, mill-kap tal-partit nazzjonalista li wegħdhom serħan il-moħħ mill-impjieg tagħhom,” qalet il-unjin.

    Il-GWU iddikjarat ukoll li minn issa hija kommessa li tkun viġilanti biex tara li l-wegħdiet li qed isiru jiġu attwati u biex tara wkoll li ma jerġgħax iseħħ ingann ieħor mal-ħaddiema, kif sar matul il-leġiżlatura li waslet biex tintemm.

    Fl-aħħar tal-istqarrija l-GWU appellat lill-poplu, speċjalment lill-ħaddiema, pensjonanti, żgħażagħ u l-familji tagħhom biex, nhar is-Sibt 9 ta' Marzu jmorru jaqdu dmirhom u jivvutaw u jaraw li l-vot tagħhom se jkun fl-aħjar interess tagħhom u tal-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook