Bin-night tariff il-lukandieri jiffrankaw biss 5%

  • Mar 06, 2013 12:43
  • Miktub minn Owen Galea

    Waqt laqgħa li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), kellha lbieraħ mal-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech dwar il-proposti tal-PN fil-qasam tal-enerġija kien ikkonfermat li bil-proposta tat-tariffa ta’ bil-lejl, il-lukandieri se jkunu qegħdin jiffrankaw biss 5% mill-prezz tal-enerġija tagħhom.

    Fil-programm elettorali, il-Partit Nazzjonalista qiegħed iwiegħed li hekk kif jibda jitħaddem l-interconnector bejn Malta u Sqallija minn Mejju tal-2014, tidħol fis-seħħ in-night tariff li se tkun qed tnaqqas ir-rati preżenti tal-elettriku bejn 7% u 26% fil-ħinijiet ta’ bejn l-22.00 p.m u s-6.00 a.m.

    Madankollu membri fl-MHRA kkonfermaw ma’ inewsmalta.com li l-Ministru Fenech ma ċaħadx li b’din il-proposta, il-lukandieri ta’ erba’ u ħames stilel se jkunu qegħdin jiffrankaw biss ftit aktar minn 5%.

    Għal din il-laqgħa li ntalbet mill-MHRA, kienu preżenti fost oħrajn oħrajn il-President tal-MHRA Tony Zahra u l-Viċi Presidenti George Micallef u Kevin De Cesare.

    Matul din il-laqgħa, il-Minsitru tal-Finanzi Tonio Fenech qal li l-proposta tal-PN kienu jkopru numru ta’ ‘time frames’, fosthom dak li l-interconnector ikun lest sa Mejju 2014. Dan minkejja li l-aġenzija tal-kreditu Standard & Poor’s qalet il-ġimgħa l-oħra li dan se jibda jitħaddem fl-2015.

    Il-Ministru Fenech qal li f’dak iż-żmien Malta tkun tista’ tixri l-enerġija tagħha bi prezzijiet differenti matul il-jum u tkun f’qagħda li tixtri wkoll l-orħos enerġija bejn nofsillejl u s-6.00 a.m. Madankollu qal li għall-qasam tal-industrija, il-PN qiegħed jissuġġerixxi li t-tariffa ta’ billejl tibda tapplika bejn l-22.00 p.m u s-6.00 a.m.

    Fix-xenarju li pajjiżna jibda jopera l-interconnector flimkien mal-estensjoni l-ġdida ta’ Dellimara li għandha effiċjenza ogħla minn dik preżenti, il-Minsitru Fenech żied jgħid ukoll li kemm-il darba ma jkunx hemm żidiet fil-prezz taż-żejt, kien qiegħed iwiegħed li l-PN ma jgħollix it-tariffi tad-dawl u l-ilma..

    Kien hawnhekk li r-rappreżentanti tal-MHRA argumentaw li b’dawn iż-żewġ xenarji, jekk il-massimu ta’ 26% jiġi applikat bħala skont fuq in-night tariff, il-lukandieri ta’ erba’ u ħames stilel kienu se jiffrankaw biss ftit aktar min 5% mill-kontijiet tal-enerġijat tagħhom. Hawnhekk intqal li l-Ministru Fenech ma ċaħadx din il-figura u għalhekk tqieset li kienet waħda korretta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 6

  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Konferma

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    ..

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Domanda f'waqta kellha tkun....l-ismart meters ha jkunu installati f'KULL dar sa Mejju 2014 ? U l-istess smart meters se jkunu mqabbdin ma 'centr

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Jista Tonio l-akkawtant jejdilna minn f

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Il famuzi smart meters ser iqaxxrulkom kull centezmu dawl li tahlu. Kull gvern jista jirregola u jimmanipula kif irid u x hin irid dawn il meters......ahna l awstralja nafu xi jfissru....oqoghdu attenti u tigux ingannati huti maltin u ghawdxin!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Konferma ohra ta gideb m'ghand Dr. Gonzi, Dr. Busuttil & Co.!

    Irrispondi
  •  

Facebook